Puddina tat-tuffieh u l-lewz [gluten free]

Pippa almond apple pie 3.jpg

Isservi 8

Ingredjenti

  • 1½ kg tuffieh tat-tisjir
  • 75g zokkor ismar
  • 200g lewz imqaxxar u mithun frisk
  • 200g butir, li tkun hrigtu minn qabel biex jirtab
  • 150g zokkor
  • 2 bajdiet, imhabbtin
  • Nitfa kannella

Metodu

  1. Qaxxar u qatta’ t-tuffieh.
  2. Poggihom f’targen kbir maz-zokkor ismar, il-kannella u madwar zewg mgharef ilma u hallihom fuq in0har sakemm jirtabu u jsiru kannellin.
  3. Poggihom go dixx tal-forn li tkun dlikt bil-butir u ppressahom fil-qieh.
  4. Saddattant, f’recipjent iehor hawwad il-butir u zokkor flimkien sakemm jirtabu sew u jkollok tahlita tajba.
  5. Bil-mod zid il-bajd imhabbtin ftit, ftit, imbaghad zid il-lewz mithun u kompli hawwad.
  6. Qassam din it-tahlita fuq it-tuffieh u llixxa l-wicc billi tuza mgharfa tal-injam maqluba.
  7. Sajjar f-forn imsahhan minn qabel ghal temperature ta’ 180C, ghal madwar 45 minuta sakhemm il-wicc jiehu kulur dehbi.
  8. Sserviha shuna bil-krema friska.

For the recipe in English click here

Kif Tahzen it-tuffieh

Photos: Gino Galea and Rachel Zammit Cutajar

Il-benefiċċji tal-ħarrub

tabella harrub

How to make Maltese Carob Syrup

Home made Carob Milk

Lea’s Good Food Everyday jixxandar fuq Smash TV jew segwi l-pagna fuq facebook

Trade Enquiries:

Truvia is available via Borg and Aquilina

X’tip ta’ zokkor se nuza?

Meta nnaqsu jew neliminaw iz-zokkor irfinat mid-dieta tagħna bla dubju se nitilfu
mill-piż u niggwadanjaw minn ħafna affarijiet oħra bħal dehra ta’ ġilda aħjar, levelli ta’ enerġija għolja u fl-istess ħin inkunu qegħdin nibżgħu għal saħħitna u nipprevjenu l-mard.

Il-pubbliċità tal-ħsara li jagħmel iz-zokkor irfinat irriżulta li ħafna minna konxji tal-kwantitajiet kbar ta’ zokkor preżenti fl-ikel u x-xorb li qed nikkunsmaw.  Iżda hemm varjetà kbira ta ‘zokkor u ħlewwiet fis-suq u huwa dejjem xieraq li nagħmlu għażla tajba skond il ħtieġa.

Skoprejt li kaġun tal-ħajja mgħaġġla li ngħix u l-istress biex inlaħħaq nagħmel kollox, kont qed niekol wisq ikel li kien ipproċessat u ‘fast food’ u għalhekk f’dawn l-aħħar xhur ipprovajt inneħħi kemm jista’ jkun iz-zokkor ipproċessat mid-dieta tiegħi u nagħmel għazla tajba għal x’tip ta’ zokkor se nuza.

Wara ftit xhur, din il-bidla żgħira li għamilt saret mod ta’ ħajja għalija u bdejt nara bidliet bħal pressjoni tad-demm niżlet, il-ġilda aktar ċara u ħajja u telf mill-piż gradwali mingħajr tbatija. Għandi aktar enerġija u niekol sew xorta waħ­da.

L-ansjetà li kont inħoss m’għadhiex teżisti u xi kultant ma’ kontx norqod bil-lejl. Kont inħossni għajjiena malajr u fl-istess ħin meta kont ngħejja kont inħossni mxenqa għal xi ħaġa ħelwa, ġieli kif inqum l-ewwel ħaġa filgħodu. Anke barra miz-zokkor irfinat indunajt li kont qiegħda nnaqqar wisq frott u bdejt nagħżel varjetà akbar ta’ frott biex ninkludi per esempju l-kiwi, pineapple u mango. Bdejt ukoll nevita l-alkoħol, il-kejkijiet biz-zokkor abjad u bdejt naghmel għazla għal uzu taz-zokkor skont it-tisjir.  Naqqast ukoll mid-dieta ħafna ħelu, gallettini, ġelati u bdejt inkun aktar konxja ta’ x’niekol

Issa nakkwista n-nutrijenti tiegħi billi niekol aktar ħxejjex u ngawdi l-istess ħelu, kejkijiet u gelati li nagħmel id-dar. Kull fejn hu possibbli, nipprova nevita l-karbojdrati raffinati wkoll bħal għaġin, ħobż, ross abjad, u ċereali raffinati u l-ikel kollu li għandu GI għoli li huwa l-kawża li l-ġisem joħloq ammont ta’ insulina li tikkonverti z-zokkor f’xaħam li jiġi maħżun fil-ġisem.

Nafu li z-zokkor abjad m’huwiex tajjeb għall-ġisem, il-moħħ u s-saħħa tagħna. Naturalment, kien diffiċli fil-bidu. Għall-ewwel ftit jiem soffrejt uġigħ ta’ ras u bdejt nixxennaq għal xi ħaga ħelwa bħal xi ċikkulata jew ġelat. Fi żmien xahrejn, ma kienx biss ġismi iżda ħajti li kienet inbidlet. Il-rollercoaster emozzjonali li jagħtina z-zokkor irfinat sparixxew.

Madankollu hemm xi affarijiet negattivi ghax jekk taqta’ z-zokkor irfinat biss mhux l-istess bħal jekk taqta’ z-zokkor kollu kemm jista’ jkun li jinkludi zokkor li ġej minn ingredjenti naturali bħal maple syrup, agave, għasel u tamal. Minn aspettnutrittiv, l-ingridjenti biz-zokkor irfinat għandhom ġeneralment taħlita ta’ fruttożju u glukożju.

Meta mmur niekol għand xi ħadd nevita li ngħid li ma niekolx zokkor irfinat biex
ma noħloqx problemi u nkun nista’ nipparteċipa fl-attività soċali.

Għalekk waqt il-programm televiziv fix-xhur li gejjin, se nkunu qed naraw u nidiskutu aktar l-aħjar għazla ta’ x’tip ta’ zokkor se nuzaw skondt il-bzonnijiet tagħna.

Tistgħu ssegwu il-programm televiżiv fuq Smash u fuq il pagna ta’ facebook

Trade Enquiries:

Half Spoon by Silver Spoon at  Borg & Aquilina

Stevia by Truvia at Borg & Aquilina

This slideshow requires JavaScript.