Tadam Mimli

6 tadam mqatta fin nofs, neħħi z-żerriegħa

sinna tewm midħuna

mazz ħabaq frisk imqatta ‘irqiq

mazz tursin frisk imqatta ‘ irqiq

1/2 kikkra frak tal-ħobż

100g Parmeġġan maħkuk

Melħ u bżar

mgħarfa meraq tal-lumi

2 imgħaref żejt taż-żebbuġa


Saħħan il-forn 180C.

Dellek dixx tal–ħami biż-żejt taż-żebbuġa.

Irranġa t-tadam fuq it-trej tal-ħami.

Zid il -melħ u bżar

Fi skutella ħallat it-tewm, ħabaq, tursin, frak tal-ħobż, ġobon Parmeġġan, melħ u bżar, meraq tal-lumi u żejt taż-żebbuġa.

Ħallat sew .

Imla n- nofsijiet tat-tadam.

Aħmi għal 30 minuta.

Sandwich Bake


Din ir-ricetta perfetta biex tuza s-sandwiches li jifdal wara xi party u ma’ jinhela xejn!

Ghandek bzonn

Dixx tal forn ippreparat bl-isprej tal-hami

Sandwiches, perżut u ġobon jew dak li jkollok
6 bajd ghal dixx ta 26cm
125ml xorrox tal-butir [buttermilk]
250ml Jogurt Grieg
250g ġobon ħieles mill-lattożj
ftit paprika affumigata
niskata nocemuskata
Melh u bzar
Ghal wicc:
nhobb naghmel 100g cornflakes imfarrak biex jigi crunchy!

Ipprepara l-sandwiches fuq id-dixx tal-forn. Habbat il-bajd, ix xorrox tal butir [buttermilk], il-jogurt Grieg, il-ħalib u nofs il-ġobon, Nocemuskata, paprika affumikata u l-melħ u l-bżar u poġġihom fuq il-sandwiches. Jekk ghandek il hun ħallihom joghqodu għal siegħa.

Sahhan il-forn għal 180C. Ifrex il-Bqija tal-ġobon fuq il wicc u zid il cornflakes mfarkin fuq il wicc. Sajjar fil forn ghal 40 minuta. Servi shuna jew kiesha.

I use eggs by Big Fresh, olive oil by Filippo Berio, lactose free cheese Baronesse by Fior di Vita, bread by Jespers The Danish Bakery and kitchenware by K & Co.

Puddina tat-tuffieh u l-lewz [gluten free]

Pippa almond apple pie 3.jpg

Isservi 8

Ingredjenti

  • 1½ kg tuffieh tat-tisjir
  • 75g zokkor ismar
  • 200g lewz imqaxxar u mithun frisk
  • 200g butir, li tkun hrigtu minn qabel biex jirtab
  • 150g zokkor
  • 2 bajdiet, imhabbtin
  • Nitfa kannella

Metodu

  1. Qaxxar u qatta’ t-tuffieh.
  2. Poggihom f’targen kbir maz-zokkor ismar, il-kannella u madwar zewg mgharef ilma u hallihom fuq in0har sakemm jirtabu u jsiru kannellin.
  3. Poggihom go dixx tal-forn li tkun dlikt bil-butir u ppressahom fil-qieh.
  4. Saddattant, f’recipjent iehor hawwad il-butir u zokkor flimkien sakemm jirtabu sew u jkollok tahlita tajba.
  5. Bil-mod zid il-bajd imhabbtin ftit, ftit, imbaghad zid il-lewz mithun u kompli hawwad.
  6. Qassam din it-tahlita fuq it-tuffieh u llixxa l-wicc billi tuza mgharfa tal-injam maqluba.
  7. Sajjar f-forn imsahhan minn qabel ghal temperature ta’ 180C, ghal madwar 45 minuta sakhemm il-wicc jiehu kulur dehbi.
  8. Sserviha shuna bil-krema friska.

For the recipe in English click here

Kif Tahzen it-tuffieh

Photos: Gino Galea and Rachel Zammit Cutajar

Kif issajar l-spalla tal-majjal?

Sar popolari ħafna f’dawn l-ahhar snien il-‘pulled pork’ u jekk trid tagħmlu d-dar, wahda mill aqwa qattagħt għal dan id-dixx huwa is-spalla tal-majjal. Hija bicca laħam kbira u ghalekk tieħu ftit itwal biex issajjara, iżda ir-risultat jekk tiehu pacenzja u ssajar bil-mod huwa ta’ laħam tari ħafna b’togħma eccilenti. Nipreferi biex naghmel il-‘pulled pork’ nuza is spalla b’ghadma fiha. Il-boneless tajba biex timlija jew bil kapulajat, hwawar u hawn min jhobb per esempju jagħmilla il-bajd iebes qabel ma trembila u taħmiha.

Qatgħat bla għadam jistgħu jiġu mqattajn slajcjati anke meta jkunu kesħin u jintuzaw bħala mili tas-sandwiches. Nħoss ukoll meta tħalli l-għadma fuq il-laħam jigi aktar ‘moist’. Biex tikkalkula għal jekk is-soltu ghandek bicca majjal ‘boneless’ li tizen bejn 1-3 kilos, jekk se tuza il-majjal bl’ għadma u trid trendi l istess ammont ta’ laham, ghandek bzonn bejn 2-4 kilos ta laħam bl’għadma fuqa. Din, meta tneħħi l għadma u tqattaha ‘shredded’ bħala pulled pork trendi daks 10 kikkri ta’ laħam shredded jigifieri jkollok ħafna xi tqassam.

Għandek nofs ta’ nhar tistenna biex is-spalla tal majjal issir bil-mod, bl’ uzu ta temperatura baxxa ghal zmien twil. U dan il process jagħmlu moist. Jekk issajru fuq nar għoli s-spalla se tigi xierfa. Meta issajr il-laham tal-ispalla il-gelatina u l-collagen fil muskolu jinħall u ghalhekk il-laham jirtagħab u din il-gelatina li tinħall b’ temperatura baxxa u stabli u zzomm il-bicca tal-la-am niedja. It tisjir tal-ispalla ma’tistax tagħaġila

Tista wkoll tuza is-slow cooker biex issajar is spalla bil-mod imma b’ dan il-metodu ma’ jkollokx qarquca [crackling] għax se jkollok bzonn izzid il likwidu, tip ta brodu jew stokk sabiex il-laħam jkun parzjalment mgħaddas u l majjal jsir tant morbidu li tista litteralment tuza furketta u il-laħam jaqa bicciet minn fuq l għadma.

X’għandek tagħmel bl ‘ispalla tal-Majjal ?
Aħseb bil-quddiem biex din il-bicca majjal li jkollok tispicca f ikla incredibli. Immarina bil-hwawar li se jagħmlu differenza fit-toghma u l-hwawar tista zzewaqhom b hafna modi differenti. Uza tahlita ta frisk u niexef, uza l-ħall ta tuffieħ jew balsamiku meta timmarina u naqra għasel kif ukoll il-melħ.
pulled pork 1

Apparti milli tagħmel il-pulled pork sandwiches tal-majjal tista izzid dan il-majjal msajjar ma xi platt għagin, ross, froga, tista tagħmlu stuffat, zzidu fit-torti u fuq xi pizza ukoll. Tista tagħmel festa messikana u tixtri dawn il ‘kits’ lesti bi tacos fihom u tuza il-laħam tal ispalla tal-majjal msajjar, bl insalati u ftit dips. U l ghazla x tista tagħmel ma’ tispicca qatt. Jekk se tagħmel xi dixx orjientali uza l-left overs tal-pulled pork biex tagħmel egg fried rice. Tista ukoll tifrizah f’ porzjonijiet wara lo ssajru u tqattaw u tuzah ghal packed lunches ta’ fuq ix-xoghol jew ghal-iskola.

Churchill master butchers logo

pulled pork in a slow cooker

Dizerta bil-Jogurt Grieg, ir-rummien u lampoon [diabetic friendly, low fat, low sugar]

Pakett jelly bla’ zokkor
100ml ilma shun
Qoxra ta’ xkomp
4 jogurt grieg tar-rummien u lampoon
200g rummien frisk u lampoon
Qoxra ta’ xkomp
weraq tan-nanniegħ

Poggi t-trab tal-jelly go skutella kbira. Zid il-ilma shun. Hawwad. Zid
il-jogurt tar-rummien u lampoon. Hawwad. Zid nofs l’ammon tal-lampoon u
rummien u erga hawwad. Zid ftit qoxra tax-xkomp.

Poggi t-tahlita go measuring jug u segwi l ammont tal likwidu mehtieg fuq
il-pakett tal-jelly. Zid bizejjed ilma jekk hemm bzonn skont l-instruzjoni
fuq il-pakett tal jelly. Hawwad u ferrah go tazzi.
Poggi fil frigg u halli t-tahlita taghqad.

Qabel mas servi zejjen il-wicc b’aktar lampoon u rummien u ftit weraq tan-
nanniegh ghal dekorazjoni.

For the recipe in English click here

Ghaliex il lampoon

Ghaliex ir-rummien

Ritratti Rachel Muscat Photography

Nuza jogurt grieg Kolios minn Quality Foods
Frott minn Big Fresh Mosta

Kolios raspberry yoghurt