Weekend baking ! Healthy Cookies tal-Quinoa

Quinoa cookies 3

Dawn huma gluten free, lactose free u low fat.

Chocolate Chip Quinoa Cookies

35g lewz midhun
280g quinoa msajra
kuccarina baking powder
50 g chocolate chips
100g coconut
2 abjad tal bajd
100g peanut butter jew almond butter
75ml coconut milk jew applesauce
100g agave jew ghasel
Vanilla
1/8 kuccarina kanella
niskata melh

Sahhan il forn 170C.

Ipprepara dixx tal forn bil karta forn u sprej tat-tisjir.

Hallat flimkien, il peanut butter, il-halib tal-coconut jew apple sauce u l vanilla flimkien sakemm it-tahlita tkun konsistenti

Go skutella ohra hallat il-lewz meidhun, il quinoa, il baking powder, il-chocolate chips, il-coconut u l-melh.  Zd il abjad tal bajd u hallat sew.

Hallat flimkien il-ingridjienti taz-zewg skutelli.  Ifforma blalen u aghfas ftit b’subajk halli taghmel forma ta cookie.

Ahmi ghal 20-25 minuta go forn shun 170C.  Hallihom jikshu kompletament qabel ma tnehhihom minn fuq it-trej.

For the recipe in English click here

Aktar informazjoni dwar il-quinoa hawn

Cookies rotob taz zunnarija u hafur Bla glutina [gluten free, lactose free]

Ghandek bzonn:

100g hafur (oats)
100g dqiq bla glutina
50g dqiq tal coconut
2 kuccarini baking powder
kuccarina kanella
kuccarina mixed spice
niskata noce muskata
niskata melh
3 mgharef zejt tal coconut jew zejt taz zebbuga
2 bajdied
kuccarina vanilla
120ml ghasel jew agave syrup
80g zunnarija mahkuka

Hallat il ingridjient niexfin flimkien
Hallat il likwidi flimkien u habbathom biex jithaltu
Ferra il likwidi fuq l ingridjient xotti.
Hawwad billi tuza mgharfa tal metal. Thawwadx wisq
Halli fil frigg ghal siegha
Ipprepara dixx tal forn bis sprej tal hami.
Ghamel il cookies billi tpoggi fuq id dixx b mgharfa
Sahhan il forn 170C.
Poggi il cookies fil forn ghal 12-15 minuta.
Hallihom jikshu qabel ma taqlahom mid dixx

 

mornflake glutenfree oats

Trade Enquiries:

Oats by Mornflake minn Rimus Group
Frott u haxix minn Big Fresh Mosta, Oscars Fruit and Vegetables Paola u Barbuto [organic]

Easy Cookies bil Gamm: Ricetta tal Gurnata

easy-cookies-bil-gamm

 

Ghandek bzonn:

3 kikkri dqiq plejn
1/4 kuccarina baking powder
niskata melh
kikkra butir
nofs kikkra zokkor
2 bajdied
ftit qtar vanilla
qoxra mahkuka ta mandolina
nofs kikkra gamm jew cikkulata


Sahhan il forn 180C. Ipprepara dixx tal forn bis sprej tal hami. Gharbel id dqiq u l baking powder. Go mixer habbat il butir u z zokkor sakemm it tahlita tigi kremuza u tibjad. Zid il bajd u habbat sakemm tigi l konsistenza lixxa. Ghamel il mixer fuq low u zid id dqiq u l melh. Uza idek biex taghmel ghagina. Poggi fil frigg ghal siegha jew aktar.
Ghamel forma ta cilindru jew ghamel blalen u poggi fuq id dixx tal forn. Uza subajk biex taghmel hofra fin nofs ta kull galletina. Bil mgharfa tal injam uza il ponta tal handle biex taghmel il hofra iktar uniformi. Jekk trid tiksihom bil coconut jew il gellewz kif ghamilt jien fuq it televizjoni, dellek il cookies bil abjad tal bajd billi tuza pinzell u iksihom bil gellewz jew coconut. Tista wkoll thallihom plejn. Ahmi il cookies gol forn ghal 15 minuta. Wara 10 minuti ghohrog il cookies u uza il ponta tal mgharfa biex terga taghmel fuq il hofra.


Halli il cookies jikshu qabel ma timla bil gamm jew bil cikkulata.


Tista ukoll timla bil gamm u tirritorhom fil forn ghal 3 minuti ohra. Halli jikshu qabel ma servi.

Ricetta ghal Gluten Free Lactose Free Kejk tal-laring u lewz ta’ Malajr

 

Trade Enquiries:

Frott ghal home made jam: Big Fresh

Dqiq: Allinsons

Butir:  President

Cikkulata ghal mili:  Novi Creme