Kif issajar l-spalla tal-majjal?

Sar popolari ħafna f’dawn l-ahhar snien il-‘pulled pork’ u jekk trid tagħmlu d-dar, wahda mill aqwa qattagħt għal dan id-dixx huwa is-spalla tal-majjal. Hija bicca laħam kbira u ghalekk tieħu ftit itwal biex issajjara, iżda ir-risultat jekk tiehu pacenzja u ssajar bil-mod huwa ta’ laħam tari ħafna b’togħma eccilenti. Nipreferi biex naghmel il-‘pulled pork’ nuza is spalla b’ghadma fiha. Il-boneless tajba biex timlija jew bil kapulajat, hwawar u hawn min jhobb per esempju jagħmilla il-bajd iebes qabel ma trembila u taħmiha.

Qatgħat bla għadam jistgħu jiġu mqattajn slajcjati anke meta jkunu kesħin u jintuzaw bħala mili tas-sandwiches. Nħoss ukoll meta tħalli l-għadma fuq il-laħam jigi aktar ‘moist’. Biex tikkalkula għal jekk is-soltu ghandek bicca majjal ‘boneless’ li tizen bejn 1-3 kilos, jekk se tuza il-majjal bl’ għadma u trid trendi l istess ammont ta’ laham, ghandek bzonn bejn 2-4 kilos ta laħam bl’għadma fuqa. Din, meta tneħħi l għadma u tqattaha ‘shredded’ bħala pulled pork trendi daks 10 kikkri ta’ laħam shredded jigifieri jkollok ħafna xi tqassam.

Għandek nofs ta’ nhar tistenna biex is-spalla tal majjal issir bil-mod, bl’ uzu ta temperatura baxxa ghal zmien twil. U dan il process jagħmlu moist. Jekk issajru fuq nar għoli s-spalla se tigi xierfa. Meta issajr il-laham tal-ispalla il-gelatina u l-collagen fil muskolu jinħall u ghalhekk il-laham jirtagħab u din il-gelatina li tinħall b’ temperatura baxxa u stabli u zzomm il-bicca tal-la-am niedja. It tisjir tal-ispalla ma’tistax tagħaġila

Tista wkoll tuza is-slow cooker biex issajar is spalla bil-mod imma b’ dan il-metodu ma’ jkollokx qarquca [crackling] għax se jkollok bzonn izzid il likwidu, tip ta brodu jew stokk sabiex il-laħam jkun parzjalment mgħaddas u l majjal jsir tant morbidu li tista litteralment tuza furketta u il-laħam jaqa bicciet minn fuq l għadma.

X’għandek tagħmel bl ‘ispalla tal-Majjal ?
Aħseb bil-quddiem biex din il-bicca majjal li jkollok tispicca f ikla incredibli. Immarina bil-hwawar li se jagħmlu differenza fit-toghma u l-hwawar tista zzewaqhom b hafna modi differenti. Uza tahlita ta frisk u niexef, uza l-ħall ta tuffieħ jew balsamiku meta timmarina u naqra għasel kif ukoll il-melħ.
pulled pork 1

Apparti milli tagħmel il-pulled pork sandwiches tal-majjal tista izzid dan il-majjal msajjar ma xi platt għagin, ross, froga, tista tagħmlu stuffat, zzidu fit-torti u fuq xi pizza ukoll. Tista tagħmel festa messikana u tixtri dawn il ‘kits’ lesti bi tacos fihom u tuza il-laħam tal ispalla tal-majjal msajjar, bl insalati u ftit dips. U l ghazla x tista tagħmel ma’ tispicca qatt. Jekk se tagħmel xi dixx orjientali uza l-left overs tal-pulled pork biex tagħmel egg fried rice. Tista ukoll tifrizah f’ porzjonijiet wara lo ssajru u tqattaw u tuzah ghal packed lunches ta’ fuq ix-xoghol jew ghal-iskola.

Churchill master butchers logo

pulled pork in a slow cooker