Puddina tat-tuffieh u l-lewz [gluten free]

Pippa almond apple pie 3.jpg

Isservi 8

Ingredjenti

  • 1½ kg tuffieh tat-tisjir
  • 75g zokkor ismar
  • 200g lewz imqaxxar u mithun frisk
  • 200g butir, li tkun hrigtu minn qabel biex jirtab
  • 150g zokkor
  • 2 bajdiet, imhabbtin
  • Nitfa kannella

Metodu

  1. Qaxxar u qatta’ t-tuffieh.
  2. Poggihom f’targen kbir maz-zokkor ismar, il-kannella u madwar zewg mgharef ilma u hallihom fuq in0har sakemm jirtabu u jsiru kannellin.
  3. Poggihom go dixx tal-forn li tkun dlikt bil-butir u ppressahom fil-qieh.
  4. Saddattant, f’recipjent iehor hawwad il-butir u zokkor flimkien sakemm jirtabu sew u jkollok tahlita tajba.
  5. Bil-mod zid il-bajd imhabbtin ftit, ftit, imbaghad zid il-lewz mithun u kompli hawwad.
  6. Qassam din it-tahlita fuq it-tuffieh u llixxa l-wicc billi tuza mgharfa tal-injam maqluba.
  7. Sajjar f-forn imsahhan minn qabel ghal temperature ta’ 180C, ghal madwar 45 minuta sakhemm il-wicc jiehu kulur dehbi.
  8. Sserviha shuna bil-krema friska.

For the recipe in English click here

Kif Tahzen it-tuffieh

Photos: Gino Galea and Rachel Zammit Cutajar

Kif tahzen it-tuffieh

TABELLA KIF TAHZEN IT-TUFFIEH.png

 

Beneficci tat-tuffieh

Ricetta Apple Pie Semplici

Ricetta Gamm tat-tuffieh u kanella [raw, vegan]

Ricetta Kejk tal-lewz u tuffieh

Ricetta Kejk tat-tamal u tuffieh

Tisjir tat-trabi: Maxx tat-tuffieh u patata helwa

Uzu tal-hall tat-tuffieh

Apple Pie Semplici

200g ta 'dqiq plejn
niskata msiemer tal-qronfol [trab]
niskata kanella
Meraq ta 'nofs lumija
mgharfa zokkor ismar
niskata melħ
50g butir, temperatura ambjenatli
ftit ilma kiesaħ


Ghal mili
mgħarfa semolina
1kg tuffieh
70g zokkor ismar
2 mgħaref meraq tal-lumi
niskata kanella
niskata vanilla
niskata nocemuskata
qoxra ta 1/4 ta'lumija
niskata melh

Sprej tal hami
Abjad ta' bajda għal wicc



Poggi l-ingridjienti tal- ghagina [minbarra l-ilma kiesah] go processur tal ikel u pprocessa sakemm it-tahlita tigi konsistenti.  Zid il-ilma kiesah mgharfa mgharfa sakemm l-ghagina tigi flimkien.  Imbagħad ħalliha tistrieħ f’borża tal-politin jew fis-stretch and seal fil-friġġ għal 30 minuta.

pastry in food processor.jpg

Sadanittant ipprepara l-mili.  Qaxxar u isslajsja t-tuffieħ f’qatgħat irqaq. Iksihom bil-meraq tal lumi  biex iwaqqaf il-kannella johrog fit-tuffieħ.

Saħħan il-forn minn qabel 200 C. [marka tal-gas 6]

Imbagħad ħu ftit inqas min-nofs il-għaġina u iftaha bil lembuba fuq wicc nadif mferrex bi ftit dqiq.  Ipprepara dixx tal-pyrex [xi 23-26cm] bis-sprej tal hami.  Rembel l-ghagina madwar il-lembuba u iksi l-qiegh tad-dixx bil-ghagina.  Uża idejk biex tagħfas il-għaġina, agħfasha mal-ġnub, tiġbidhiex u ħalli t-tarf tal-għaġina biex jmur fuq il-ġnub tad-dixx .  Uza furketta biex taghmel toqob fil qiegh.

Xerred is-semolina fuq il-bażi tal-għaġina imbagħad ixxotta t-tuffieħ u żżommhom xotti go sarvetta nadifa.  Poggihom go dixx miksi bl’għaġina.  Poggi t-tuffieh saff saff.  Hallat iz zokkor mal ingridjienti ohra u ifrex it tahlita taz zokkor bil hwawar fuq kull saff.  Iftah l-għaġina u iksi l-wicc tat-torta.  Wahhal il gnub bi ftit ilma kiesah billi tuza pinzell.

Agħfas it-truf tal-bażi tal-għaġina u l-għatu flimkien.

Issa għamel toqob fuq il wic tal ghagina ħalli l-istim mit-tuffieħ jkun jista johrog u l-ghagina ma tixxarabx iz-zejjed.  Imbagħad uza pinzell biex tidlek il wicc tal-ghagina bil abjad tal bajd.  Ferrex ftit zokkor ismar fil wicc.

Sajjr fil forn ghal siegha sakemm il-wicc jigi kanella debhi.

 

Neħħi t-torta u ħalliha toqgħod għal mill-inqas 15-il minuta qabel ma servi.

Servi bil-gelat tal-halib tal-bott!

 

president butter

Trade Enquiries:

President Butter minn Rimus Group