Puddina tat-tuffieh u l-lewz [gluten free]

Pippa almond apple pie 3.jpg

Isservi 8

Ingredjenti

  • 1½ kg tuffieh tat-tisjir
  • 75g zokkor ismar
  • 200g lewz imqaxxar u mithun frisk
  • 200g butir, li tkun hrigtu minn qabel biex jirtab
  • 150g zokkor
  • 2 bajdiet, imhabbtin
  • Nitfa kannella

Metodu

  1. Qaxxar u qatta’ t-tuffieh.
  2. Poggihom f’targen kbir maz-zokkor ismar, il-kannella u madwar zewg mgharef ilma u hallihom fuq in0har sakemm jirtabu u jsiru kannellin.
  3. Poggihom go dixx tal-forn li tkun dlikt bil-butir u ppressahom fil-qieh.
  4. Saddattant, f’recipjent iehor hawwad il-butir u zokkor flimkien sakemm jirtabu sew u jkollok tahlita tajba.
  5. Bil-mod zid il-bajd imhabbtin ftit, ftit, imbaghad zid il-lewz mithun u kompli hawwad.
  6. Qassam din it-tahlita fuq it-tuffieh u llixxa l-wicc billi tuza mgharfa tal-injam maqluba.
  7. Sajjar f-forn imsahhan minn qabel ghal temperature ta’ 180C, ghal madwar 45 minuta sakhemm il-wicc jiehu kulur dehbi.
  8. Sserviha shuna bil-krema friska.

For the recipe in English click here

Kif Tahzen it-tuffieh

Photos: Gino Galea and Rachel Zammit Cutajar

Ruggata Maltija

2 litri ilma

6 imsiemer tal-qronfol

il-meraq ta’ nofs lumija

il-qoxra ta’ nofs lumija

kuccarina essenza tal-vanilla

kuccarini essenza tal-lewz

zokk tal-kannella

1kg zokkor

biex isservi, mgharfa halib tal-bott ghal kull tazza

Metodu

Go borma hallat  iz-zokkor u l-ilma u gibhom jaghu. Zid il-kannella, l-imsiemer tal-qronfol, il-qoxra tal-lumija u l-essenza tal-lew u l-vanilla. Halli l-borma ttektek ghal 15-il minuta. Nehhi minn fuq in-nar u halli t-tahlita tiksah? Ghaddi minn go passatur u ahzen go flixfun .

Biex isservi, poggi s-silg go tazza, ferra’ ftit ruggata, zid mgharfa halib tal-bott ghal kull tazza

Beneficci tal-lumi

Trade Enquiries:
Silver Spoon Sugar is available at Borg and Aquilina