Torta tat-tonn taz-zejt: ricetta tal-gurnata

Torta tat-tonn taż-żejt, perfetta biex tiekol kiesha wkoll. L-għaġina hija magħmula biż-żejt taż-żebbuġa biss jew tista tuza ghagina lesa jekk m’ghandix cans.

Ingredjenti:

Għall-għaġina:

  • 800 g dqiq
  • 100 ml żejt taż-żebbuġa
  • kikkra ilma kiesaħ
  • niskata melħ
  • żewġ kuċċarini nagħniegħ frisk
  • żewġ kuċċarini nagħniegħ niexef
  • żewġ kuċċarini ġulġlien

Għall-mili:

  • daqs 1 kg tonn taż-żejt
  • 6 tadamiet imqattgħin
  • żewġ basliet
  • sinna tewm
  • 250 g spinaċi misjura
  • 10 żebbuġiet imqattgħin
  • ponn nagħniegħ frisk
  • kuċċarina nagħniegħ niexef
  • mgħarfa żejt taż-żebbuġa
  • melħ u bżar

[jekk trid 2 bajdied iebsa mqatta kubi]

  1. Għarbel id-dqiq, żid il-melħ u n-nagħniegħ niexef. Ħaddem iż-żejt taż-żebbuġa fid-dqiq. Żid l-ilma kiesaħ ftit ftit sakemm tgħaqqad l-għaġina. Rembilha fin-nagħniegħ frisk imqatta’ u kebbibha fl-istretch and seal. Poġġi fil-friġġ għal nofs siegħa.
  2. Qalli l-basla u t-tewm. Żid l-ispinaċi, iż-żebbuġ u t-tadam. Għatti u sajjar sakemm il-ħaxix jirtab. Żid it-tonn taż-żejt mal-ħaxix u ftit melħ u bżar.
  3. Iftaħ l-għaġina u iksi d-dixx tal-forn. Poġġi l-mili. Għatti u agħlaq l-għaġina sew. Taqqab il-wiċċ tal-għaġina u uża pinzell biex iddellek bajda mħabbta fil-wiċċ. Ferrex il-ġulġlien fil-wiċċ.
  4. Aħmi f’forn b’temperatura ta’ 180° grad celsuis għal 45 minuta sakemm l-għaġina tiġi kulur sabiħ.

TUNA FISH PIE.jpg

Trade Enquiries:

Tonn taz-zejt minn Quality Foods

Advertisements

Today’s healthy ingredient: It-Tonn taz-zejt

 

It-tonn huwa għoli fil proteina, vitamina B, selenium u ‘aċidi grassi tal Omega 3.  Huwa wkoll għoli fin nuwrotossina tal ‘methulmercury’ u ghalekk in-nisa tqal u t-tfal żgħar għandhom jikluh bil moderazjoni. Iżda għal haddiehor, it-tonn, kemm frisk jew dak fil-bottijiet, jista ‘jkun ingredjent regolari fid-dieta tagħna.

Is-sandwiches tat-tonn jew xi ftira tat tonn taz-zejt dejjem favoriti kważi ma’ kulħadd. Tista ‘wkoll tpoggi it tonn taz zejt per esempju fuq il-crackers tal qamh shih jew galletti u sservi mad-drinks.

Ghal ikla principali sostanzjali stejks friski tat-tonn iggriljati huma perfetti fis sajf ma xi insalata bit tadam u zebbug.

 

Ricetti:

Tuna Sweetcorn Salad

Bhal-fil-forn bit-tonn taz-zejt

Maltese Traditional Pumpkin Pie

Tuna Dip

Kanelloni bil-irkotta u tonn taz-zejt u spinaci

Spagetti bit-tonn taz-zejt

Pesto bit-tonn taz-zejt

 

Trade Enquiries:

Tonn taz-zejt Redelmar minn Quality Foods

 

 

 

 

Brodu tac-Canga bil-Osso Bucco

– 2 Osso Bucco Stejks jew
biċċa ġarretta taċ-ċanga
– 2 Stock Pots taċ-ċanga
– 1 ġidra
– 1 qargħa twila
– 2 zucchini
– 2 zunnarija
– 2 tadam
– 2 imgħaref kunserva
– karfus
– 2 patata
– 2 basal
– 2 sinniet tewn
– 3 litri ilma
– melħ u bżar

– 2 mgħaref żejt taż-
żebbuġa

Għall-wiċċ: slajs lumi u
tursin
Naddaf, qaxxar u qatta’
l-ħxejjex kollha kwadri.
Poġġi ż-żejt taż-żebbuġa ġo
borma kbira fuq sħana
moderata. Żid il-basal u

sajjar fuq nar baxx. Imba-
għad żid il-bqija tal-ħxejjex.

Sajjar għal ftit minuti u żid
iċ-ċanga u żid l-ilma. Meta

jibda jgħali żid il-melħ, il-
bżar u l-kunserva.

Baxxi n-nar u ħalli l-bor-
ma ttektek għal siegħa. Itfi

s-sħana u ħalli l-brodu
jistrieħ għal 5 minuti qabel
ma sservi.
Żejjen bi slajs tal-lumi,
ftit tursin u servi bil-ħobż
Malti.

* jagħmel madwar 2-8%
tal-kontenut tal-ħalib
* huwa tip ta’ zokkor
magħmul mill-galaktosju u
glukożju.
* għandu togħma ħelwa
* jintuża bħala
stabilizzatur fil-prodotti
farmaċewtiċi
* Jiżdid mal-ħalib
formula tat-trabi biex
jixbaħ il-kompożizzjoni
tal-ħalib tal-omm li huwa
għoli mil-lattożju
X’inhu lattożju?

Kanelloni bil- irkotta u spinaci u tonn taz-zejt – Ricetta tal-gurnata

– 16-il tubu tal-għaġina (kannelloni) jew dawwar is-strixxi tal-lasagne
– 250g spinaċi msajra u msaffija, jew
spinaċi tal-friża bil-friża mniżżla u msaffija
– 2 bottijiet kbar jew 4 żgħar tonn taż-żejt,
imsaffijin
– 400g irkotta
– qoxra maħkuka rqiqa ta’ lumija
– mgħarfa żejt taż-żebbuġa
– 75g ġobon Parmiġġan, maħkuk
– ponn weraq tal-ħabaq frisk, imqatta’
– 400g polpa tat-tadam
– 400g passata tat-tadam
– 2 basliet, imqattgħin irqiq

– 2 sinniet tewm, imqattgħin
– 100g mozzarella maħkuka u 50g parmegian mahkuk

 

Saħħan iż-żejt taż-żebbuġa f’kazzola fuq
nar moderat, żid il-basal u t-tewm u qalli
sakemm jibdew jirtabu. Żid il-polpa u
l-passata tat-tadam, melħ u bżar mitħun
frisk u ħalli z-zalza tiftaħ tagħli. Għatti
l-kazzola parzjalment, baxxi n-nar u ħalli
z-zalza ttektek għal 20-30 minuta jew
sakemm tara li nġibdet u bdiet tagħqad.
Żid il-ħabaq u ħawwad.
Saħħan il-forn għal temperatura ta’
180°C. Idlek dixx ta’ 20ċm x 30ċm.

Fi skutella ħallat sew fl imkien l-irkotta, l-ispinaċi, it-tonn taż-żejt, il-qoxra tal-lumi, nofs il-ġobon Parmiġġan, u melħ u bżar. Imla t-tubi bit-taħlita. Ferra’ nofs iz-zalza
fi l-qiegħ tad-dixx u ppostja l-kannelloni mimlijin fi z-zalza. Ferra’ u ifrex il-kumpla-
ment taz-zalza fuq il-kannelloni u roxx il-mozarella u l-kumplament tal-ġobon
Parmiġġan fuq kollox. Aħmi għal 35-40 minuta, jew sakemm jiħmar il-wiċċ.

 

Trade Enquiries:  Tonn taz-zejt Redelmar minn Quality Foods

Hobza ta’ malajr bla’ hmira

 

Quick Bread without yeast
500g self raising flour
1 1/2 teaspoons bicarbonate of soda
1/2 -1 teaspoon salt
400-450ml buttermilk
3 tablespoons sunflower seeds
Buttermilk Loaf Lea Hogg
Preheat the oven to 220C

Brush a baking tray lightly with olive oil or use non stick baking spray

Sieve the self raising flour twice into a large bowl, add the bicarbonate of soda and salt.   Make a well in the centre and pour in most of the buttermilk.     Keep your hand stiff and your fingers spread out like a claw and start to mix the buttermilk into the flour mixture using a slow and firm circular motion. Add the remaining buttermilk if necessary and keep mixing like this until you have a soft dough. Do not knead it but very gently bring it together.  Place on a baking tray and use a sharp knife and cut a large deep cross on the surface.

Brush lightly with olive oil or baking spray and sprinkle with sunflower seeds.

Bake in the oven for about 20 minutes at 220 C then reduce the heat to 200C and bake for a further 25-30 minutes.

Remove the loaf from the oven and while it is still hot, brush very lightly with olive oil over the top and allow to cool slightly before cutting and serving

Quick Loaf Lea Hogg

Quick loaf using buttermilk

 

Trade Enquiries:

Buttermilk by Quality Foods

Loaf using buttermilk www.leahogg.com

 

 

Penne bil-brungiel u nanniegh frisk

Din hija riċetta semplici ħafna u li, fl-istess ħin, tiġi tajba ħafna. Inħobb inżid il-ħwawar friski u kull meta nuża n-nagħniegħ frisk dejjem inżid niskata nagħniegħ niexef għax jagħti iktar togħma.

Għal din ir-riċetta għandek bżonn:

  • 1 brunġiela mqatta’
  • 2 bottijiet tadam, jew 8 friski
  • mgħarfa kunserva
  • ġbejna friska mqatta’ biċċiet
  • nofs imgħarfa żejt
  • sinna tewm maħkuk
  • mgħarfa ħabaq frisk, imqatta’
  • mgħarfa nagħniegħ frisk, imqatta’
  • mgħarfa tursin, imqatta’
  • nofs kuċċarina nagħniegħ, niexef
  • ftit bżar u melħ

Metodu

Itfa’ ż-żejt ġo taġen u sajjar il-brunġiel.

Żid it-tewm u t-tadam, żid ftit melħ u bżar u ħalli z-zalza ttektek fuq nar baxx għal 15-il minuta.

Żid il-kunserva, sajjar għal 5 minuti. Neħħi min fuq in-nar u żid il-ħwawar. Ħawwad.

Ġo borma għalli l-għaġin. Saffi l-ilma u l-ħwawar maz-zalza tal brunġiel. Itfa’ l-biċċiet tal-ġbejna friska fil-wiċċ u żejjen bin-nagħniegħ jew ħabaq. Servi.

 

For the recipe in english click here

Trade Enquiries:

Zejt taz-zebbuga Filippo Berio minn Rimus Group