Id-differenza bejn iż-żejt tal-coconut u polpa tal- coconut

 

Iż-żejt tal-coconut mhux listess bħal pejst coconut. Dan l-ingridjent użajtu spiss fuq it-televiżjoni waqt l-aħħar ftit ġimgħat u ħadt gost li ħafna minnkom staqsejtuni x’inhu eżatt u kontu interessati biex tafu aktar fuqu. Naf li ħafna minnkom tużaw iż-żejt tal-coconut illum. Huwa ingridjent utli fil-kċina u tista’ tużah kemm fl-ikel prinċipali kif ukoll fil-ħelu. Hemm konfużjoni, li mhux sorpriża għalija għax qiegħdin taħsbu li huwa l-
istess bħaż-żejt tal-coconut. Filwaqt li ż-żewġ prodotti huma magħmula mill-coco-
nut, għandhom proprjetajiet differenti u jistgħu jintużaw fil-kċina għall-affarijiet differenti.

Iż-żejt tal-coconut huwa ż-żejt li jiġi mill-coconut. Meta huwa kiesaħ dan iż-żejt tal-
coconut jista’ jibbies bħall-butir u hawnhekk tidħol il-konfużjoni. Għaliex il-polpa tal-coconut hija magħqguda fl-istat naturali tagħha?

COCONUT MUFFINS 1A govinda.jpg

Meta ż-żejt tal-coconut jissaħħan għal temperatura ta’ 24°C dan idub biex jifforma likwidu. Iż-żejt tal-coconut jista’ jintuża mhux biss biex iżżidu f’ħafna dixxijiet meta ssajjar, imma wkoll jintuża bħala ripellanti tal-insetti, għall-massaġġi, fil-prodotti tas-sbuħija, biex ittaffi l-uġigħ fis-snien jew fil-ħanek, bħala booster għall-metaboliżmu u għal ħafna affarijiet oħra. Verament ingridjent bnin u rimedju tajjeb għas-saħħa.

Il-polpa tal-coconut huwa l-laħam tal-coconut midħun ġo taħlita lixxa ħafna sakemm jiġi bħal pejst. Huwa naqra ħelu u delizzjuż, kremuż ħafna fil-konsistenza. Tajjeb ħafna miżjud ma’ diżerti, jew ma’ xi kari u anke mas-sopop. Ipprova poġġi ftit fuq xi biċċa larinġa qabel ma tikolha jew xi frott ieħor.

Meta tħalltu ma’ xi meraq tal-frott jew yoghurt jew xi ħalib tal-lewż jagħmel smoothie veru tajjeb u bnin.

Il-polpa tal-coconut ma ssibhiex fi kwalunkwe ħanut u għandek bżonn tfittxu għax mhux disponibbli kullimkien u hija kkunsidrata kemmxejn ta ‘speċjalità. Jista’ jkun li jkollok bżonn li tistaqsi għalih speċifikament u minn fejn tixtri s-soltu jistgħu jibdew jistokjawh. Anke sibt li fis-supermarkets kbar meta ġieli sibtu ma jkunx fuq xkaffa prominenti.

Il-polpa tal-coconut vs żejt tal-cococnut:

Insib il-polpa tal-coconut tant hija tajba li kważi tista’ tikolha bil-kuċċarina waqt liż-żejt żgur ma tistax tagħmel hekk.

Il-polpa tal-coconut hija għolja fil-fibra u bħala ingredjent għall-pejst jibqa’ fi stat solidu f’temperatura iżjed sħuna mill-coconut oil. Fil-fatt din il-polpa qatt m’hi se ssir likwidu bis-sħana iżda meta ssaħħanha tista’ ssir taħlita viskuża. Inħobb nuża fid-deżerti għax tagħti konsistenza qisha karamella (fudgy) u tipprovdi spinta ħelwa lid-diżerta u għal-
hekk tista’ tnaqqas iz-zokkor irfinat.

Iż-żejt tal-coconut jista’ jintuża bħala ‘gargle’ biex ittafi l-uġigħ tal-griżmejn u jista’ wkoll jintuża fuq ix-xagħar bħala trattament biex ittejjeb il-kundizzjoni tax-xagħar u fuq il-ġilda biex tneħħi d-dry skin imma l-polpa ma nużahix għal dawn ir-raġunijiet għax iż-żejt huwa perfett għalhekk.

Se naraw aktar użu ta’ dan l-ingredjent tal-popla tal-coconut fil-ġimgħat u xhur li ġejjin għax veru ħadt gost nużah. Meta tużah biex tħaddmu fi dqiq biex tagħmel għaġina s-sensazzjoni ma’ jdejk qisu qiegħda tmiss il-bellus jew is-satin.

Iż-żejt tal-coconut u l-polpa tal-coconut huma differenti u għalhekk tajjeb li jekk jirnexxilek issib il-polpa tużah ukoll u jipprovdi ingredjent utli fil-kċina bnina tagħha b’togħma u użu differenti għaż-żejt tal-coconut. Jekk trid tuża ż-żejt tal-coconut fir-riċetti tiegħi minflok il-polpa tal-coconut, tista’ wkoll imma t-togħma ma tkunx l-istess.

Tistaw issegwu Lea’s Good Food Everyday fuq Smash kuljum uf fuq il pagna ta’ facebook

Trade EnquiriesJ Calleja Import Export Ltd

Advertisements

Kitchen Tips: L-uzu tal Bikarbonat

Aħsel il-frott u ħxejjex fl -ilma kiesaħ bi 2-3 imgħaref ta’ bikarbo nat biex jitneħħew uħud mill-impuritajiet li ħallew warajhom mill-ilma tal-vit. Tista’ wkoll tpoġġi ammontżgħir ta’ bikarbonat fuq sponża jew pinzell imxarrab u timsaħ il-ħaxix u frott bih. Kun żgur li tlaħlaħ kollox sewwa qabel isservi, tal-kors.

Tenderizer għal-laħam

Poġġi ftit bikarbonat fuq il laħam. Iksih u poġġi fi l-friġġ ghal 3-5 siegħat u laħlaħ sew qabel ma ssajjar.Jekk se żżomm il-ħut frisk fi l-friġġ laħlaħ il-ħut fl -ilma mħallat bil-bikar-
bonat biex ma jħallix riħa fi l-friġġ. Żewġ imgħaref ma’ litru ilma. Laħlaħ il-ħut u xxutah qabel ma ssajjar.

Naqqas aċidi fi r-riċetti: Żid niskata bikarbonat waqt it-tisjir tal-ikel bħal zalza jew  stuffat.

Jekk għandek riċetta u tpoġġi wisq ħall, żid ftit bikarbonat mat-taħlita biex tagħmlu t-togħma inqas qawwija.

Good Food Everyday jixxandar kuljum fuq Smash TV