Penne bil-brungiel u nanniegh frisk

Din hija riċetta semplici ħafna u li, fl-istess ħin, tiġi tajba ħafna. Inħobb inżid il-ħwawar friski u kull meta nuża n-nagħniegħ frisk dejjem inżid niskata nagħniegħ niexef għax jagħti iktar togħma.

Għal din ir-riċetta għandek bżonn:

  • 1 brunġiela mqatta’
  • 2 bottijiet tadam, jew 8 friski
  • mgħarfa kunserva
  • ġbejna friska mqatta’ biċċiet
  • nofs imgħarfa żejt
  • sinna tewm maħkuk
  • mgħarfa ħabaq frisk, imqatta’
  • mgħarfa nagħniegħ frisk, imqatta’
  • mgħarfa tursin, imqatta’
  • nofs kuċċarina nagħniegħ, niexef
  • ftit bżar u melħ

Metodu

Itfa’ ż-żejt ġo taġen u sajjar il-brunġiel.

Żid it-tewm u t-tadam, żid ftit melħ u bżar u ħalli z-zalza ttektek fuq nar baxx għal 15-il minuta.

Żid il-kunserva, sajjar għal 5 minuti. Neħħi min fuq in-nar u żid il-ħwawar. Ħawwad.

Ġo borma għalli l-għaġin. Saffi l-ilma u l-ħwawar maz-zalza tal brunġiel. Itfa’ l-biċċiet tal-ġbejna friska fil-wiċċ u żejjen bin-nagħniegħ jew ħabaq. Servi.

 

For the recipe in english click here

Trade Enquiries:

Zejt taz-zebbuga Filippo Berio minn Rimus Group

 

 

 

Advertisements

Vegan Bolognaise

 

Xin Hu Nutritional Yeast

Trade Enqiries:

Olive Oil by Filippo Berio at Rimus Group

Oxo Stock Cube – Garden Vegetables

Ambrosi Parmegiano Regiano [not vegan] and Stevia by Truvia at Borg and Aquilina

Nutritional Yeast by Quest Best

Vegetables by Big Fresh Mosta

 

Platt Ghagin All-in-one f’ 10 minuti

 

Trade Enquiries:

Gluten Free Pasta by Sotelli

Tomato Polpa XTra, Zejt taz-zebbuga Filippo Berio by Rimus Group

Stock Pot by Oxo

Buffola Mozzarella u Gran Padano by Ambroisi at Borg and Aquilina

Kitchenware minn Pedrini u Prestige at K&Co Telephone 79415384

Platti minn Bristow Potteries

Haxix minn Oscar’s Fruit and Vegetables Rahal Gdid