Kif issajar l-spalla tal-majjal?

Sar popolari ħafna f’dawn l-ahhar snien il-‘pulled pork’ u jekk trid tagħmlu d-dar, wahda mill aqwa qattagħt għal dan id-dixx huwa is-spalla tal-majjal. Hija bicca laħam kbira u ghalekk tieħu ftit itwal biex issajjara, iżda ir-risultat jekk tiehu pacenzja u ssajar bil-mod huwa ta’ laħam tari ħafna b’togħma eccilenti. Nipreferi biex naghmel il-‘pulled pork’ nuza is spalla b’ghadma fiha. Il-boneless tajba biex timlija jew bil kapulajat, hwawar u hawn min jhobb per esempju jagħmilla il-bajd iebes qabel ma trembila u taħmiha.

Qatgħat bla għadam jistgħu jiġu mqattajn slajcjati anke meta jkunu kesħin u jintuzaw bħala mili tas-sandwiches. Nħoss ukoll meta tħalli l-għadma fuq il-laħam jigi aktar ‘moist’. Biex tikkalkula għal jekk is-soltu ghandek bicca majjal ‘boneless’ li tizen bejn 1-3 kilos, jekk se tuza il-majjal bl’ għadma u trid trendi l istess ammont ta’ laham, ghandek bzonn bejn 2-4 kilos ta laħam bl’għadma fuqa. Din, meta tneħħi l għadma u tqattaha ‘shredded’ bħala pulled pork trendi daks 10 kikkri ta’ laħam shredded jigifieri jkollok ħafna xi tqassam.

Għandek nofs ta’ nhar tistenna biex is-spalla tal majjal issir bil-mod, bl’ uzu ta temperatura baxxa ghal zmien twil. U dan il process jagħmlu moist. Jekk issajru fuq nar għoli s-spalla se tigi xierfa. Meta issajr il-laham tal-ispalla il-gelatina u l-collagen fil muskolu jinħall u ghalhekk il-laham jirtagħab u din il-gelatina li tinħall b’ temperatura baxxa u stabli u zzomm il-bicca tal-la-am niedja. It tisjir tal-ispalla ma’tistax tagħaġila

Tista wkoll tuza is-slow cooker biex issajar is spalla bil-mod imma b’ dan il-metodu ma’ jkollokx qarquca [crackling] għax se jkollok bzonn izzid il likwidu, tip ta brodu jew stokk sabiex il-laħam jkun parzjalment mgħaddas u l majjal jsir tant morbidu li tista litteralment tuza furketta u il-laħam jaqa bicciet minn fuq l għadma.

X’għandek tagħmel bl ‘ispalla tal-Majjal ?
Aħseb bil-quddiem biex din il-bicca majjal li jkollok tispicca f ikla incredibli. Immarina bil-hwawar li se jagħmlu differenza fit-toghma u l-hwawar tista zzewaqhom b hafna modi differenti. Uza tahlita ta frisk u niexef, uza l-ħall ta tuffieħ jew balsamiku meta timmarina u naqra għasel kif ukoll il-melħ.
pulled pork 1

Apparti milli tagħmel il-pulled pork sandwiches tal-majjal tista izzid dan il-majjal msajjar ma xi platt għagin, ross, froga, tista tagħmlu stuffat, zzidu fit-torti u fuq xi pizza ukoll. Tista tagħmel festa messikana u tixtri dawn il ‘kits’ lesti bi tacos fihom u tuza il-laħam tal ispalla tal-majjal msajjar, bl insalati u ftit dips. U l ghazla x tista tagħmel ma’ tispicca qatt. Jekk se tagħmel xi dixx orjientali uza l-left overs tal-pulled pork biex tagħmel egg fried rice. Tista ukoll tifrizah f’ porzjonijiet wara lo ssajru u tqattaw u tuzah ghal packed lunches ta’ fuq ix-xoghol jew ghal-iskola.

Churchill master butchers logo

pulled pork in a slow cooker

Weraq tal Hass mimli bil-Kapuljat tal-Majjal

 

250g kapuljat tat-tiġieġ

kuċċarina żejt veġetali

żewġ sinniet tewm, imqattgħin fin

mgħarfa żejt tal-ġulġlien

mgħarfa zalza tal-ħut

mgħarfa weraq tal-kosbor friski mqattgħin

meraq ta’ nofs lumija

kwart ta’ kuċċarina chili flakes nexfin (jekk ma tig-

gustahomx ħallihom barra)

kuċċarina ġinġer frisk imqaxxar u maħkuk

100g faqqiegħ frisk imqatta’ żgħir

ħassa kkaboċċjata (ifred il-weraq)

100g noodles tar-ross irqaq, imsajrin skont il-pakkett

basla żgħira, imqattgħa fin

mgħarfa soy sauce

erba’ mgħaref karawett inkaljat, imqatta’ żgħir

Metodu:

F’taġen kbir (jew wok) sajjar il-kapuljat tat-tiġieġ f’kuċċarina żejt veġetali sakemm isir. Żid iċ-chili flakes. Neħħi t-taħlita mit-taġen u poġġiha f’passatur biex joqtru l-ilma u x-xaħmijiet żejda u jkollkom konsistenza aħjar għall-milli tal-weraq.

Sajjar il-basla u l-faqqiegħ malajr fuq nar għoli. Żid il-ġinġer u t-tewm u sajjar għal madwar tliet minuti. Ħawwad il-ħin kollu. Żid is-soy sauce, iz-zalza tal-ħut u ż-żejt tal-ġulġlien. Ħallat kollox mat-tiġieġ, żid nofs kuċċarina meraq tal-lumi jew lime u l-weraq tal-kosbor frisk imqatta’. Ħawwad.

Iftaħ il-weraq tal-ħass. Poġġi fuq kull waħda mgħarfa noodles u mgħarfa mili tat-tiġieġ, u ferrex ftit karawett inkaljat imfarrak fuq il-wiċċ. Jekk tixtieq, erġa’ poġġi ftit qtar soy sauce u qtar taż-żejt tal-ġulġlien.

Rembel il-weraq biex tagħlaq ir-wraps, u servi.

This slideshow requires JavaScript.

Soppa tal-fazola u kale [platt wieħed, ikla sħieha]

F’inqas minn nofs siegħa jkollok din is-soppa bnina li tista sservi bħala l-ikla minnufiha:

2 mgharef żejt taż-żebbuġa
1 basla żgħira
1 zunnarija mqatta irqiq
karfus
2 sinniet tewm
1 stock cube jew stock pot
1 litru ilma
400g borlotti beans
4 weraq tal-kale, mqatta irqiq
1 werqa randa
100g Bejkon, mqatta irqieq
1 kuccarina klin [rosemary frisk]
mgharfa kunserva
80g Għaġin JEW quinoa JEW Xgħir msajra
mgharfa zejt taz-zebbuga

Saħħan iż-żejt taż-żebbuġa go borma u żid il-basla, iz-zunnarija, il-karfus u t-tewm, kollha mqatta ‘biċċiet irqaq, imbagħad ħallat bil-mod għal 10 minuti sakemm jkunu rotob.

Żid is stock pot jew stock cube, l-ilma, il-fażola borlotti u l-weraq tar-rand imbagħad ġibu jghali. Għatti u ttektek għal għal 15-il minuta.
Aqli il-bejken u żid il-klin frisk mqatta. Kompli aqli sakemm il-bejkon jkun ‘crispy; u kannella dehbi.

Żid il-kunserva tat-tadam mal-borma, il-bejkon imsajjar mal klin u sajjar għal 5 minuti. Imbagħad fl-aħħar żid il-kale mqatta u l-ghagin JEW quinoa JEW barley msajjar ‘u sajjar għal 5 minuti oħra.
Ħalli s-soppa tistrieħ, zid il-melħ u bżar jekk teħtieġ u servi

 

Spagetti bil-bejkon

Ingredjenti għal erba’ persuni:

spaghetti jien nuża bejn 75g sa 120g għal kull persuna

sitt biċċiet bejkon ta’ Malta

erba’ tadamiet [tista wkoll thallihom barra]

żewġ ponnijiet rukola

nofs kuċċarina riegnu

żewġ sinniet tewm

erba’ mgħaref krema

sitt mgħaref inbid

melħ oħxon, bżar midħun frisk

ftit żejt taż-żebbuġa

ġobon maħkuk

Metodu:

Sajjar l-għaġin skont l-istruzzjonijiet tal-pakett.

F’kazzola, saħħan iż-żejt taż-żebbuġa u itfa’ it-tewm. Ħawwad u itfa’ l-bacon mqatta’. Żid ir-riegnu u sajjar ftit aktar.

Żid l-inbid, sajjar u naqqas iz-zalza fuq in-nar. Żid il-krema u ftit melħ u bżar

Ħallat iz-zalza mal-għaġin. Fl-aħħar żid it-tadam.

Spiċċa bil-ġobon maħkuk fil-wiċċ.

 

 

 

Trade Enquiries:

Nuza Majjal ta’ Malta 

Krema Cucuina d’Oro minn Quality Foods Marketing

Inbid minn Marsovin

Il-laham frisk tieghi minn D Meats Butchery

Hwawar Lamb Brand

Kitchenware K&Co Telephone 79415384

 

Quick Pork Stir fry ‘sate’

250g pork mince
1 tablespoon crunchy peanut butter
1 tablespoon sweet chili sauce
2 tablespoons soy sauce
1 teaspoon fish sauce
a pinch of chili flakes
a handful of fresh baby spinach leaves or pak choi

 

 

In a heavy pan or wok, brown the pork mince until it starts to become crispy.  Then add the crunchy peanut butter, sweet chili sauce, soy sauce, fish sauce and chili flakes.  Cook on low heat and stir for 10 minutes.  Finally add the spinach leaves and stir until they just start to wilt.  Remove from the heat and allow to rest for 5-10 minutes before serving.

 

 

To make Perfect Jasmine Rice:

 

 

Start by measuring the rice and soaking it.  Each cup of raw rice should be enough to serve 2 persons.  Allow it to soak for an hour or more.  Rinse the rice until the water that comes out is clear.  This removes the starch from the rice and produces a better end-result.  Place the rice in a heavy pot with a lid that fits.

Add some salt to the pot and 1 ¼ cups cold water.  The ratio is 1 ¼ cups of cold to each cup of rice.

Bringing rice to a  boil. Cover the pot and reduce the heat to low.  Let rice simmer for around 15-20 minutes.  Remove from heat but leave covered until it is time to serve

 

 

Trade Enquiries:

Pork by Majjal ta’ Malta available at D Meats Butchery

Thaibonnet Rice by Borg & Aquilina

Organic Vegetables by Barbuto

 

 

 

Torta tal-majjal

Pork Pie

Torta tal-majjal recipe

Trade Enquiries:

Majjal ta’ Malta minn Kooperativa ta’ min jirabbi il-majjal u D Meats at Carters Supermarket Rahal Gdid

Oxo Stock Pot minn Premier Foods ghand George Borg Ltd

Sprej tal-hami minn Frylight ghand Rimus Ltd

Stevia by Truvia ghand Borg & Aquilina

Kitchenware, dixxijiet ta’ torti minn Bialetti u Pedrini, Telephone 79415384

Haxix frisk minn Big Fresh Mosta, Oscar’s Fruit and Vegetables Paola, Barbuto [organiku]

Polenta, hwawar friski minn Good Earth

 

Steaks tax-xikel

Steaks tax-xikel.jpg

Lesti ghal-forn mill-programm televiziv illum, is-steaks tax-xikel tal-majjal.  Nsegwu r-ricetta u r-rizultat wara saghtejn fil-forn waqt xandira diretta 10am Smash TV il-Hamis

Tistaw issegwu l-pagna ta Good Food Every Day fuq il Facebook

Trade Enquiries:
Oxo Stock Pots minn George Borg Ltd Telephone 21 472 177

Local Pork by Majjal Ta’ Malta

Kif issajar loin tal-majjal?

porkloinreadyforovencj logo

Kif issajar il-Loin tal-Majjal

Tista ssegwi Lea’s Good Food Everyday fuq Smash TV u fuq il-pagna ta’ facebook

Trade Enquiries:

Costa d’Oro Olive Oil by J Calleja Import Export Ltd

Majjal ta’ Malta Telephone: 21 236 340

Oscar’s Fruit and Vegetables Rahal Gdid ghal haxix u hwawar friski llum