Il-prodott lokal #buylocal

 

vegetables ian noel pace

Il-prodott Malti u Ghadwxi.  Nuza haxix u frott lokal minn Big Fresh Mosta u Oscar’s Fruit and Vegetables Rahal Gdid Ritratt CJ Baldacchino

Kull meta possibbli, nuża l-prodotti lokali għax ebda prodott ma jista’ jkun frisk daqs dak tal-lokal. Il-varjetà ta’ x’inhu jiġi kkultivat Malta u Għawdex dejjem jiżdied u nistgħu nsibu ingridjenti li huma popolari ħafna llum bħal 3 varjetajiet ta’ kale, sweet potato, pak choi u anke lampoon (raspberries) u blueberries kif ukoll ħafna varjetajiet ta’ ingridjenti aktar komuni bħal tadam li issa nsibu kbir, żgħir, żenguli, b’kuluri differenti, kannella skur, isfar u anke roża. Bħalissa hawn abbundanza ta’ ħwawar, kollu prodott Malti u l-varjetà hija inkredibbli.

farmers market vegetables felix cesare

Il prodott lokal, ritratt Felix Cesare.  Nuza haxix u frott lokal minn Big Fresh Mosta u Oscar’s Fruit and Vegetables Rahal Gdid

F’dawn l-aħħar snin, minn mindu dħalna fil-UE, is-settur tal-biedja sofrew bil-
kompetizzjoni, mill-influs qawwi tal-prodotti barranin. Madanakollu l-katina tal-
ikel tal-prodotti lokali ‘l biċċa kbira hija trasparenti. Għax l-ewwelnett pajjiżnahuwa żgħir u faċli ħafna biex inkunu nafu minn fejn ġej il-prodott, kif trabbew il-
bhejjem, kif ġie użat il-bexx, għax huwa faċli li nsibu s-sors minn fejn ġej il-prodott, il-metodu tal-ipproċessar u kif ġie mqassam il-prodott fil-ħwienet. Hemm it-traċċebilità u trasparenza.

farmers market produce

Il-prodott lokal. Nuza frott u haxix lokal minn Big Fresh Mosta u Oscar’s Fruit and Vegetables Rahal Gdid

Meta tmorru tagħmlu x-xirja, staqsu minn fejn ġej il-prodott li tkunu qiegħdin tixtru. Għandkom id-dritt li tagħmlu deċiżjoni infurmata.

Għandna wkoll il-Farmers Markets f’Ta Qali u Bormla fejn bla dubju l-prodott ikun frisk għaliex minbarra li qiegħed jitwassal dirett minn idejn il-bidwi, l-istess prodott ikun ġie maqtugħ biss ġurnata qabel ma jarma s-suq. B’hekk f’inqas minn erba’ u għoxrin siegħa jkun disponibbli fid-djar tagħna.

Kull parteċipant fis-swieq tal-bdiewa jridu jiddikjaraw dak kollu li se jkollhom għall-bejgħ u f’perjodu ta’kull tliet xhur kull bidwi li għandu permess biex jarma fil-Farmers Market għandu bżonn jiddikjara minn quddiem x’ser iħawwel fl-għelieqi tiegħu. Dan isir biex kollox ikun issorveljat biex il-konsumatur ikollu moħħu mistrieħ li l-prodott li xtarajkun verament lokali.

vegetables by big fresh

Il-prodott lokal, nuza haxix u frott lokal minn Big Fresh Mosta u Oscar’s Fruit and Vegetables Rahal Gdid, Ritratt CJ Baldacchino

Meta nagħżlu l-prodott Malti jew Għawdxi mhux biss ikollna prodott ta’ kwalità imma nkunu qiegħdin nagħtu appoġġ li bidwi Malti u Għawdxi, s-sistema tradizzjonali kif jiġi mqassam l-ikel ġo l-irħula, nżommu l-valuri ta’ komunità ħajja għall-futur ta’ uliedna.

vegetables by oscar

Il Prodott lokal, nuza frott u haxix frisk minn Big Fresh Mosta u Oscar’s Fruit and Vegetables Rahal Gdid

Tistaw issegwu Lea’s Good Food Everyday kuljum fuq Smash jew fuq il pagna ta facebook

 

Trade Enquiries:  
Big Fresh Mosta u Oscar’s Fruit and Vegetables Rahal Gdid

Advertisements

Gamm tal cherry plum safra u ginger: Ricetta televiziva

greengage ginger jam cj.jpg

Gamm tal cherry plum u ginger waqt il programm televiziv: Ritratt grazzi CJ Baldacchino

Għall bżonn:

1 kilo cherry plum safra
1 kilozookor
2 mgharef ginger frisk mahkuk
Meraq ta ‘4 lumi
Qoxra mahkuka ta lumija

Poġġi l-frott, lumi u qoxra tal lumi go borma kbira u sajjar  sakemmm jirtarab il frott.

Ħawwad biex ma jehelx.

Żid il- ginger, lumi u meraq tal lumi .  Meta jsir il frott zid iz zokkor kollhu. Gibu jghali.

Ladarba jibda jghali baxxi n nar ftit imma hallieh fuq rolling boil.  Jigifieri li jibqa jghali ghal 20 minuta.  Itfi n nar.

Poggi fil-vażetti sterilizzati filwaqt li huwa sħun.

greengage ginger jam fruit george.jpg

ritratt minn George Aquilina 

Trade Enquiries:

Frott frisk: Big Fresh

Zokkor (raw cane sugar): Fiorentini minn PJ Sutters

Vazetti: Tescoma