Kif issajar l-spalla tal-majjal?

Sar popolari ħafna f’dawn l-ahhar snien il-‘pulled pork’ u jekk trid tagħmlu d-dar, wahda mill aqwa qattagħt għal dan id-dixx huwa is-spalla tal-majjal. Hija bicca laħam kbira u ghalekk tieħu ftit itwal biex issajjara, iżda ir-risultat jekk tiehu pacenzja u ssajar bil-mod huwa ta’ laħam tari ħafna b’togħma eccilenti. Nipreferi biex naghmel il-‘pulled pork’ nuza is spalla b’ghadma fiha. Il-boneless tajba biex timlija jew bil kapulajat, hwawar u hawn min jhobb per esempju jagħmilla il-bajd iebes qabel ma trembila u taħmiha.

Qatgħat bla għadam jistgħu jiġu mqattajn slajcjati anke meta jkunu kesħin u jintuzaw bħala mili tas-sandwiches. Nħoss ukoll meta tħalli l-għadma fuq il-laħam jigi aktar ‘moist’. Biex tikkalkula għal jekk is-soltu ghandek bicca majjal ‘boneless’ li tizen bejn 1-3 kilos, jekk se tuza il-majjal bl’ għadma u trid trendi l istess ammont ta’ laham, ghandek bzonn bejn 2-4 kilos ta laħam bl’għadma fuqa. Din, meta tneħħi l għadma u tqattaha ‘shredded’ bħala pulled pork trendi daks 10 kikkri ta’ laħam shredded jigifieri jkollok ħafna xi tqassam.

Għandek nofs ta’ nhar tistenna biex is-spalla tal majjal issir bil-mod, bl’ uzu ta temperatura baxxa ghal zmien twil. U dan il process jagħmlu moist. Jekk issajru fuq nar għoli s-spalla se tigi xierfa. Meta issajr il-laham tal-ispalla il-gelatina u l-collagen fil muskolu jinħall u ghalhekk il-laham jirtagħab u din il-gelatina li tinħall b’ temperatura baxxa u stabli u zzomm il-bicca tal-la-am niedja. It tisjir tal-ispalla ma’tistax tagħaġila

Tista wkoll tuza is-slow cooker biex issajar is spalla bil-mod imma b’ dan il-metodu ma’ jkollokx qarquca [crackling] għax se jkollok bzonn izzid il likwidu, tip ta brodu jew stokk sabiex il-laħam jkun parzjalment mgħaddas u l majjal jsir tant morbidu li tista litteralment tuza furketta u il-laħam jaqa bicciet minn fuq l għadma.

X’għandek tagħmel bl ‘ispalla tal-Majjal ?
Aħseb bil-quddiem biex din il-bicca majjal li jkollok tispicca f ikla incredibli. Immarina bil-hwawar li se jagħmlu differenza fit-toghma u l-hwawar tista zzewaqhom b hafna modi differenti. Uza tahlita ta frisk u niexef, uza l-ħall ta tuffieħ jew balsamiku meta timmarina u naqra għasel kif ukoll il-melħ.
pulled pork 1

Apparti milli tagħmel il-pulled pork sandwiches tal-majjal tista izzid dan il-majjal msajjar ma xi platt għagin, ross, froga, tista tagħmlu stuffat, zzidu fit-torti u fuq xi pizza ukoll. Tista tagħmel festa messikana u tixtri dawn il ‘kits’ lesti bi tacos fihom u tuza il-laħam tal ispalla tal-majjal msajjar, bl insalati u ftit dips. U l ghazla x tista tagħmel ma’ tispicca qatt. Jekk se tagħmel xi dixx orjientali uza l-left overs tal-pulled pork biex tagħmel egg fried rice. Tista ukoll tifrizah f’ porzjonijiet wara lo ssajru u tqattaw u tuzah ghal packed lunches ta’ fuq ix-xoghol jew ghal-iskola.

Churchill master butchers logo

pulled pork in a slow cooker

Torta bil-milli tal-coq au vin

Għall-mili ser ikollok bżonn:

2 mgharef żejt tal-ġirasole
12 koxxox ta ‘tiġieġ bla għadam u bla ġilda
2 zalzett tal-malti
4 slajcis bejkon
350g faqqiegħ
1 basla
½ ras tewm
mgharfa kunserva
500ml Inbid aħmar
1 stock cube jew stock pot

200ml ilma
mgharfa ta ‘ħxejjex friski
2 Weraq tar-rand
qoxra maħkuka ta ‘1/4 lumi
Melħ u bżar

2 folji lesti ta’ għaġina shortcrust
1 bajda, mhabta
3 imgħaref ġulġlien
2 mgharef polenta
sprej tat-tisjir

Saħħan il-forn sa 180C.

Aqta ‘l-koxox tat-tiġieġ fi 3 jew 4 biċċiet. Żommhom f’biċċiet kbar
Qatta il-bacon  go-kubi
Nehhi il-milli miz-zalzett.

Qaxxar u qatta l-basla u qatta ‘r-ras kollha tat-tewm fin-nofs. Tista ‘tħalli l-ġilda fuqha. Meta d-dixx jsir tista ‘tneħħi l-bicca tat-tewm kollha. Naf ħafna nies li ma jixtiequx jiksbu bicciet tat-tewm fil-platt tagħhom iżda jhobbu t-togħma.

Saħħan iż-żejt tal-ġirasole go borma kbira jew tagen fond.
Ibda bit-tisjir tal-bejkon. Ħawwad u żid il-laħam taz-zalzett, ħawwad mill-ġdid u żid il-biċċiet kbar tat-tiġieġ.  Zid il-faqqiegħ mqatta slajcis u mbagħad żid il-kubu tal-istokk jew stock pot u żid l-inbid. Zid il-melħ u l-bżar jekk trid. Żid il-weraq tar-rand, il-qoxra tal-lumi maħkuk, ħwawar friski u kunserva. Ħawwad u ladarba jibda jagħli, iksi l-borma bl’ghatu u sajjar fuq sħana ġentili ħafna għal 45 minuta. Ħawwad okkażjonalment biex tevita li jehel.

Waqt l-aħħar 10 minuti neħħi l-għatu biex jippermetti li l-likwidi jevapora.

Neħħi mis-sħana u ħallih jiksaħ kompletament imbagħad poggi t-tahlita fil-friġġ għal ftit sigħat jew ghal-lejl.

Meta tkun lest biex tagħmel it-torta, sprejja d-dixx bi sprej tal-ħami.  Ferrex ftit bil-polenta u mbagħad poggi l-għaġina fuq il qieh. Tqattax it-truf. Ferrex ftit aktar polenta fuq l-għaġina mbagħad imla d-dixx bil-mili kiesaħ tal-Coq u Vin u agħfasha l-isfel b’mgharfa.

Għatti t-torta b’biċċa oħra ta ‘għaġina. Ittrimmja t-tarf tal-għaġina u mbagħad agħfas il-bażi u l-quċċata flimkien.  Taqqab bil-furketta ftit drabi.

Dellek l-wiċċ bil-bajd mhawwad imbagħad ferrex il-ġulġlien.

Sahhan il-forn għal 200C u sajjar it-torta għal 45 minuta jew sakemm tkun kulur dehbi. Ħalliha toqgħod għal 10 minuti qabel ma sservi.

For the recipe in English click here

Fenek bit-tewm u l-inbid

1 kilo ta ‘biċċiet tal-fenek
300ml Inbid aħmar
ras ‘Tewm
125g bejkon
4 mgharef  żejt taż-żebbuġa
1/8 kuċċarina trab tal-kannella
1/8 kuċċarun merqtux niexef
mgharfa kunserva
nofs lumija
2 Weraq tar-rand
stock pot jew stok cube
Sprej tat-tisjir
melħ u bżar

Poġġi l-biċċiet tal-fenek fi skutella-Kbir. Ferra ‘l-inbid, żid il-weraq tar-rand u r ras tat tewm.  Hallihom preferabilment ghal lejl miksijin bis stretch and seal gol frigg.
Ferra ż-żejt taż-żebbuġa go tagen kbir.  Neħħi l-biċċiet tal-fenek mill-Inbid u aqlihom.

Sajjar fuq Iż-żewġ naħat il-biċċiet tal-fenek u żid l-inbid, Tewm, kannella, merqtux mnixef, l bejkon maqtugh go kubi u sajjar ghal madwar 5 – 10 minuti. Zid il melh u bzar.  Gib it tahlita taghli u baxxi n nar.  Iksi t tagen b’ghatu u halli l fenek jtektek ghal 45 minuta.  sakemm il-biċċiet tal-fenek isiru.

Nehhi minn fuq in nar u halli l fenek jistrieh ghal 5 minuti qabel ma servi.  Zejjen il wicc b aktar tursin u zik ftit bzar iswed iehor.

 

Weraq tal Hass mimli bil-Kapuljat tal-Majjal

 

250g kapuljat tat-tiġieġ

kuċċarina żejt veġetali

żewġ sinniet tewm, imqattgħin fin

mgħarfa żejt tal-ġulġlien

mgħarfa zalza tal-ħut

mgħarfa weraq tal-kosbor friski mqattgħin

meraq ta’ nofs lumija

kwart ta’ kuċċarina chili flakes nexfin (jekk ma tig-

gustahomx ħallihom barra)

kuċċarina ġinġer frisk imqaxxar u maħkuk

100g faqqiegħ frisk imqatta’ żgħir

ħassa kkaboċċjata (ifred il-weraq)

100g noodles tar-ross irqaq, imsajrin skont il-pakkett

basla żgħira, imqattgħa fin

mgħarfa soy sauce

erba’ mgħaref karawett inkaljat, imqatta’ żgħir

Metodu:

F’taġen kbir (jew wok) sajjar il-kapuljat tat-tiġieġ f’kuċċarina żejt veġetali sakemm isir. Żid iċ-chili flakes. Neħħi t-taħlita mit-taġen u poġġiha f’passatur biex joqtru l-ilma u x-xaħmijiet żejda u jkollkom konsistenza aħjar għall-milli tal-weraq.

Sajjar il-basla u l-faqqiegħ malajr fuq nar għoli. Żid il-ġinġer u t-tewm u sajjar għal madwar tliet minuti. Ħawwad il-ħin kollu. Żid is-soy sauce, iz-zalza tal-ħut u ż-żejt tal-ġulġlien. Ħallat kollox mat-tiġieġ, żid nofs kuċċarina meraq tal-lumi jew lime u l-weraq tal-kosbor frisk imqatta’. Ħawwad.

Iftaħ il-weraq tal-ħass. Poġġi fuq kull waħda mgħarfa noodles u mgħarfa mili tat-tiġieġ, u ferrex ftit karawett inkaljat imfarrak fuq il-wiċċ. Jekk tixtieq, erġa’ poġġi ftit qtar soy sauce u qtar taż-żejt tal-ġulġlien.

Rembel il-weraq biex tagħlaq ir-wraps, u servi.

This slideshow requires JavaScript.