Cottage Pie bil-barley u spaghetti squash

spaghettisquashbarley

Ghas-saff tal-laham
1 basla
1 zunnarija
150g tadam mqatta
Sinna tewm jew sprej ta' tewm
500 gramma kapuljat Ċanga jew 500g vegemince [vegan]
stock pot tac-canga mhaltta ma' 3 kikkri ilma
nisktata zaghfran tal-indja frisk mahkuk
3 imgħaref Bisto gravy powder [jien uzajt tal-basal ikaramelizat]

Ghas-saff tal-wicc

200g pearl barley msajjar gol ilma u stock pot tac-canga
bzar iswed u niskata melh
1 qarabaghli
1/2 spaghetti squash msajra

fjuri tat-tulbaghia [garlic plant]

Tista ssegwi Lea's Good Food Everyday fuq Smash TV u fuq il-pagna facebook 

 

 

Aktar dwar it-tulbaghia

This slideshow requires JavaScript.

Trade Enquiries:

Jamon Serrano, zejt ta’ zebbuga Filippo Berio, Fry Light cooking spray minn Rimus Group

Stock Pots minn Oxo ghand George Borg Ltd

Pearl Barley u hwawar minn Good Earth Distributors

Haxix illum minn Big Fresh Mosta

Laham frisk minn D Meats ghand Carters Supermarket Tarxien

Advertisements

Chicken Skewers u Kebabs

Biex tagħmel iċ-chicken skewers jew kebabs, tista’ tuża jew is-sider tat-tiġieġ jew il-koxxa bla għadam. Meta tuża s-sider għandek bżonn isservi zalza ma’ skewer. Il-koxxa boneless tibqa’ aktar moist u speċjalment jekk se jkollok id-drinks u kulħadd se jkun bilwieqfa dawn huma ideali għax mhux se jkollok bżonn isservi zalza magħhom. Meta tkun qed issajjar l-iskewers tat-tiġieġ fuq il-bbq irreżisti li taqlibhom qabel ma jsiru sew. L-aħjar li tħallihom isiru fuq naħa waħda u meta jkunu saru taqlibhom. Meta ssir in-naħa l-oħra isservihom mill-ewwel mingħajr ma terġa’ taqlibhom għax ikollok riżultat aktar ‘moist’
u tari. Ftit ideat għall-zalza mal-iskewers

chicken skewers peanut sauce

Skewers ta’ tigieg b’zalza tal-karawett [satay]

Peanut sauce ta’ malajr
Ħallat flimkien 4 mgħaref butir tal-karawett u 6 mgħaref ilma fietel. Meta t-taħlita tiġi konsistenti, żid mgħarfa ħall tat-tuffieħ organiku, kuċċarina sesame oil (żejt tal-ġunġlien) u 2 mgħaref meraq ta’ xkomp (lime). Ħawwad sew u servi mal-iskewers biex tiġi stil ‘Satay’.

Chicken kebabs alla diavola.jpg

Kebabs ta’ tigieg alla diavola

Inħobb wisq nagħmel il-Pollo alla Diavola meta nuża tiġieġa sħiħa imma meta tagħmel din it-taħlita mal-kebabs tat-tiġieġ tuża l-koxxa bla għadma u jiġu tajbin wisq. Hija ricetta perfetta jekk għandek bżonn tipprepara l-ikel malajr għax jekk ma tħallix it-tiġieġ jim-
marina għal-lejl jew għal ftit siegħat xorta tajba tiġi.

Kull m’għandek tagħmel tħallihom ġo taħlita tal-marinade għal nofsiegħa u taqlibhom ħafif u tista’ tpoġġihom fuq il-bbq mal-ewwel mingħajr ma titlef it-togħma tal-marinade. Għal din ir-riċetta ta’ malajr għandek bżonn: 6 mgħaref żejt taż-żebbuġa, 2 sinniet tewm maħkuka jew tista’ ukoll tuża l-isprej tat-tewm, ftit klin frisk (daqs mgħarfa mqatta’ biċċiet żgħar) niskata klin niexef, meraq ta’ nofs lumija u kuċċarina chilli flakes, mgħarfa tursin frisk imqatta’ biċċiet, ftit melħ u bżar. Ħallat kollox flimkien u iksi l-biċċiet tat-
tiġieġ fih.

Lea’s Good Food Everyday jixxandar fuq Smash TV u tista ssegwi il-pagna ta’ facebook

Trade Enquiries:

Laham waqt il-programm televiziv DMeats Butchery at Carters Supermarket [Tarxien/Paola]

Frylight by Rimus Group

 

Il-ġwienah tat-tiġieġ għal bbq jew forn

Il-ġwienah tat-tiġieġ fuq il-bbq huma tajbin daqs kemm hi tajba z-zalza tagħhom.

 

Il-ġwienaħ ma niekluhomx għal laħam tagħhom għax jekk irridu nieklu ħafna laħam mhux se nsibuh fuq il-ġwienah. Il-ġwienah huma magħrufin biex tittrejjaq għal ma’ drinks u mhux biex tixba bihom. Jekk trid tikkalkula u se jkollok il-mistednin għal drinks, trid tikkalkula li kull parti tal-ġwienah se tqattaha’ min-nofs u tikkalkula 5 biċċiet kull persuna. Jiġifieri għal kull persuna għandek bżonn żewġ ġwienah u nofs.

Dan il-porzjon tista’ sservih ma’ drinks jew bħala starter qabel l-ikla tal-bbq proprja. Għalkemm dawn il-ġwienah għandhom bżonn ikunu mmarinati, tista’ wkoll isservi dipping sauce magħhom. U dik hija l-ġmiel tal-ġwienah, li jkollok it-tiġieġ flimkien ma’ togħma kollha miz-zalza kważi f’gidma waħda. Bħala marinades u dipping sauces m’għandix bżonn aktar minn 3 ingridjenti u żżomm kollox sempliċi.

Ftit eżempji ta’ marinades ideali għall-ġwienah

Sticky Chicken Wings

Qatta’ 100g tamal biċċiet żgħar u poġġi ġo kazzola. Żid 2 mgħaref kosbor frisk,kikkra stokk billi tħallat stokk pot lesta ma’ kikkra ilma, ftit melħ u bżar. Saħħan it-taħlita fuq nar baxx sakemm jinħall it-tamal. Ħalli t-taħlita tiksaħ u mmarina l-ġwienah fihom.

 

Oriental Style Chicken Wings

Saħħan flimkien 4 mgħaref fish sauce, 4 mgħaref soy sauce, ftit bżar iswed,sinna tewm maħkuka, 1/2 kuċċarina zokkor ismar jew għasel u 1/4 kuċċarina ġinġer frisk
maħkuk. Qabel ma t-taħlita tibda tagħli neħħi minn fuq in-nar. Ħalliha tiksaħ kompletament u meta tkun kiesħa mmarina l-ġwienah tat-tiġieġ.

oriental chicken wings.jpg

Lemon Pepper Chicken Wings

Saħħan il-meraq ta’ 2 lumijiet, qoxra maħkuka ta’ lumija, 1/2 kuċċarina bżar iswed u sinna tewm maħkuka. Qabel ma jibda jgħali neħħi minn fuq in-nar u ħallih jiksaħ kompletament qabel ma timmarina l-ġwienaħ tat-tiġieġ.

lemon pepper wings

Tista ssegwi Lea’s Good Food Everyday fuq Smash TV u fuq il-pagna ta’ facebook

 

Trade Enquiries:
Chicken Wings u laham waqt il-programm televiziv DMeats Butchery għand Carters Supermarket

Fry Light by Rimus Group

 

 

Xin hi ‘Spatchcock Chicken’

SPATCHCOCK CHICKEN

    It-tiġieġa stil ‘spatchcock’ jew ‘spatchcock chicken’, magħruf ukoll xi kultant bħala ‘spattlecock’, hija meta t-tiġieġa tkun ippreparata għall-inkaljar jew ix-xiwi jew għal fuq il-bbq billi jitneħħa s-sinsla tad-dahar tat-tiġieġa, imbagħad it-tiġieġa tiġi ċċattjata qabel ma tiġi msajra. Il-preparazzjoni ta’ tiġieġa
    b’dan il-mod hija ukoll magħruf bħala ‘butterfly chicken’.

    L-aktar ħaġa importanti ġo spatchcock chicken hija li tesponi r-riġlejn u l-koxox. Bit-tiġieġ sħiħ, il-koxxa hija taħt id-dahar tat-tiġieġ, iżolati b’ħafna xaħam u għadam. Huma jieħdu żmien twil biex isiru meta jkunu sħaħ. Saż-żmien li jilħqu t-temperatura r-rekwiżita tat-tisjir tal-intern ta’ tiġieġa [75°C], is-sider tat-tiġieġ ikun sar wisq u hemm it-tendenza li jiġu ‘overcooked’ u niexfin. Billi tuża t-tiġieġa stil ‘spatchcock’ tkun qed tagħmel il-partijiet tas-saqajn u l-koxox aktar esposti u għal-hekk isiru aktar malajr mil-laħam tas-sider, li jfisser li tista’ tikseb kemm laħam tas-sider u tar-riġel msajrin perfetti u lesti fl-istess ħin.

    Wara li tinqata’ x-xewka tad-dahar u t-tiġieġa tiċċattjaha, l-aħjar li ddaħħal żewġ skewers tal-injam, insib li t-tmexxija ta’ skewer tal-metall fil-koxox u l-isdra biex it-tiġieġa żżomm il-forma tagħha u tkun tista’ timmanuvra aktar fuq il-bbq mingħajr ma titkisser f’biċċiet.

    Trade Enquiries:
    Spatchcock Chicken minn DMeats go Carters Supermarket Hal-Tarxien/Rahal Gdid

Involtini tat-tiġieġ, kale msajjar fuq il- fwar u ross b’taħlita ta’ ħaxix stagjonali

carters involtini

Illum waqt il-programm televiziv uzajt involtini ta’tigieg minn D Meats go Carters Supermarket Hal-Tarxien, ritratt CJ Baldacchino

 

 

cartersinvoltini3 b

Tista ssegwi Lea’s Good Food Everyda u fuq il pagna ta’ facebook

 

Trade Enquiries:
Laham waqt Lea’s Good Food Everyday D Meats at Carters Supermarket Tarxien

Frott u haxix frisk Big Fresh Mosta u Oscar’s Fruit and Vegetables Rahal Gdid, Barbuto [organic]

Lewz u ross b’tlett kuluri [rice trio] minn Good Earth Distributors

Sprej tat-tewm minn Fry Light by Rimus Group