Kejk plejn ta’ malajr biz-zejt taz-zebbuga

280g dqiq self raising

Niskata melh

Kuccarina trab tal-ħami

150ml Żejt taż-Żebbuġa Filippo Berio – Malta

150g icing sugar

2 mgħaref meraq tal-larinġ jew lumi

vanilla

qoxra maħkuka ta’ laringa jew lumija

3 bajdied

120ml ilma jew ħalib jew taħlita tat-tnejn

Saħħan il-forn għal 180C.

Dellek dixx tal-kejkijikiet 21cm bis-sprej tal-ħami.

Għarbel id-dqiq darbtejn, zid il-melħ u t-trab tal-ħami.

Ferra iz-żejt taż-żebbuġa ġo skutella ta ‘mixer elettriku;

ħawwad bil-mod iz-zokkor mieghu u zid il-meraq tal-larinġ u l-vanilla.

Żid bajd, waħda kull darba, ħawwad sew fil mixer.

Ħallat gradwalment it-taħlita tad-dqiq.

Waqqaf il-mixer u uza mgharfa tal-meta biex thallat il-halib jew ilma, bil-mod il-mod, kemm jkollok ‘dropping consistency.’


Ferra t-tahlita god-dixx tal-kejk u aħmi għal 55-60 minuta jew sakemm it-tester tal-kejk [skewer] imdaħħal fiċ-ċentru joħroġ nadif u l-kejk ikun kulur dehbi fil-wicc.

Ħalli il-kejk jiksah u nehhi mill-landa.

Zejjen bil-icing sugar jew jogurt grieg jew irkotta u frott tas-sajf.

Nuza Filippo Berio Extra Light ghal din ir-ricetta

Tadam Mimli

6 tadam mqatta fin nofs, neħħi z-żerriegħa

sinna tewm midħuna

mazz ħabaq frisk imqatta ‘irqiq

mazz tursin frisk imqatta ‘ irqiq

1/2 kikkra frak tal-ħobż

100g Parmeġġan maħkuk

Melħ u bżar

mgħarfa meraq tal-lumi

2 imgħaref żejt taż-żebbuġa


Saħħan il-forn 180C.

Dellek dixx tal–ħami biż-żejt taż-żebbuġa.

Irranġa t-tadam fuq it-trej tal-ħami.

Zid il -melħ u bżar

Fi skutella ħallat it-tewm, ħabaq, tursin, frak tal-ħobż, ġobon Parmeġġan, melħ u bżar, meraq tal-lumi u żejt taż-żebbuġa.

Ħallat sew .

Imla n- nofsijiet tat-tadam.

Aħmi għal 30 minuta.