Zewg ricetti tal-biskuttini tar-rahal

Ir-ricetta originali tal biskuttini tar-rahal ma kienx fihom margerina u kienu forma tawwalin.  Ma kienux mzejna bil icing.  Id dekorazjoni tal-icing kien jsir biss fuq il biskuttini tal-maghmudija li huma simili u tondi.  Imma dawn kienu biskuttini ghal kuljum ma xi kikkra te jew kafe.  Tohrog xi 20 biskuttin minn din ir ricetta.

Ninkludi wkoll hawn ricetta tal-biskuttini ta’ Renato Briffa.

Ghal biskuttini tar rahal ghandek bzonn:

20 biskuttin

250g dqiq plejn

125g zokkor

2 bajdied

Kuccarina baking powder

1/8 kuccarina msiermer tal qronfol midhun

1/8 kuccarina kanella midhun

½ kuccarina  hlewwa midun

½ kuccarina  hlewwa shieha

vanilla

Qoxra mahkuka ta lumija

Karta forn u sprej tal forn

Sahhan il forn 180 C.

Gharbel id dqiq darbtejn.

Habbat il bajd u zokkor flimkien sakemm jigi bajdani.

Zid l ingridjienti kollha kompli habbat sakemm tifforma ghagina.

Uza zewg mgharef zghar biex taghmel porzjonijiet mit tahlita tal ghagina.

Poggi il porzjoni tal ghagina fuq ftit dqiq biex tiksihom hafif.

Rebbel bejn idek biex tifforma ballun u iccatja il biskuttini.

Poggihom fuq it trej miksi bil karta forn.

Ahmi fil forn ghal 20 sa 25 minuta.  Trid toqod attenta biex ma jsiruh wisq.  Il kulur taghhom ghandhom jibqaw bajdanin.

 

For the recipe in English click here

 

Din ir-riċetta hija tal-ħabib tiegħi Renato Briffa, lecturer fl-ITS u speċjalista tal-ħelu Malti. Dawn il-biskuttini huma ekonomiċi aktar mill-biskuttini tal-lewż jew taċ-ċirasa.

biskuttini tar rahal renato.jpg

Ingredjenti (għal 35-40 biskuttin),:

250g dqiq

125g zokkor

50g butir

125g bajd (iżen il-likwidu),

35g lewż mitħun

20g aniżetta

10g baking powder

niskata msiemer tal-qronfol mitħunin

ftit qtar vanilla

qoxra maħkuka ta’ kwart ta’ larinġa u kwart ta’ lumija

Metodu:

B’mixer tal-elettriku ħawwad iz-zokkor u l-butir u meta t-taħlita ssir ħafifa żid il-bajd imħabbat. Għarbel il-dqiq u l-baking powder. Żid il-ħwawar, il-lewż mitħun, il-vanilla u l-qoxra taċ-ċitru u ħawwad bil-mod sakemm ikollok konsistenza lixxa.

Żid l-ingredjenti xotti mal-taħlita tal-butir u ħawwad b’mgħarfa kbira tal-metall.

Iksi dixx bil-kartaforn. Ippajpja t-taħlita ftit ftit fuq id-dixx jew inkella uża kuċċarina.

Aħmi ġo forn b’temperatura ta’ 190 grad Celcius għal madwar 15-il minuta. Tħallihomx isiru kanella.

Jekk trid, meta jiksħu ppajpja disinn bil-ġelu, tradizzjonalment ta’ lewn ikħal jew roża.

Trade Enquiries:
Allinson Flour,  Zokkor Silver Spoon minn Borg and Aquilina

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s