Helwa tat-tork

300 g  tahini
100 g zokkor
70 g għasel
vanilla
⅓ kikkra lewż
niskata melh

Poggi t-tahini fl-iskutella tal-mixer tal-eletriku tiegħek u uza K Beater biex thawwad fuq velocita baxxxa.  Zid il melh u l-vanilla
Poggi z-zokkor go kazzola fuq sħana moderata.
Meta jibda jagħli neħħi immedjatament minn fuq is-shana u żid l-għasel.
Ibqa dawwar il-mixer ferra ftit ftit it-tahlita taz-zokkor karamelizzat.
Se tara li waqt li tferra t-tahlita taz-zokkor, it-tahini jibda jeħxen u jifforma madwar il-pala. Hawwad ghal minuta ohra.
Poġġiha go dixx tal hgieg jew metal miksi bil karta forn u ħallieh jistrieħ  għal madwar sagħtejn jew fil frigg.

silver spoon logo

Banana Loaf bil-Jogurt Grieg – all-in-one [reduced fat, reduced sugar]

 

Ghandek bzonn:

250g dqiq self raising
1 kuċċarina trab tal-ħami
2 kikkri zokkor jew stevia [ekwivalenti, segwi t-tabella fuq il pakett]
2 mgħaref agave jew għasel
4 banana, mgħaffġa
vanilla
niskata kanella
4 bajdied
niskata melh
300g Jogurt grieg
qoxra ta 1/3 ta lumija
qoxra ta’ kwart ta’ laringa

Sprej tal-hami

Sahhan il-forn għal 190C

Ipprepara landa bis sprej tal-hami
Gharbel  id-dqiq darbtejn, zid it-trab tal-ħami.
Go mixer tal-eletriku, Żid iz- zokkor jew stevia u niskata melh, żid banana, bajd, vanilla, agave jew għasel u jogurt Grieg, melh kanella, vanilla. Ippuriza kollox flimkien sakemm it tahlita tigi lixxa.
Zid it tahlita ta’ dqiq u Ħawwad sakemm it-taħlita tingħaqad imma tħawwadx iz-zejjed.
Ferra go-landa tal-kejkijiet u ahmi fil forn ‘għal 45 minuta sa siegħa.
Ħalliha tibred qabel it-tneħħija mill-landa. Jekk se taghmel muffins halli ghal 25 minuta fil forn.

For the recipe in English click here

Trade Enquiries:

Nuza Jogurt Grieg Kolios minn Quality Foods

Rib Eye Steak biz-zalza Tikka Kari

sunday beef ribeye roast

 

ribeye steak with curry sauce 2ribeye steak with curry sauce 3

 

ribeye steak with curry sauce 4

ribeye steak with curry sauce 6

ribeye steak with curry sauce 7

 

curry steak

Trade Enquiries

Laham minn D Meats Butchery

Zalza Tikka Curry u Mango Chutney minn Sharwoods Malta

Jogurt Grieg Kolios minn Quality Foods Marketing

Haxix organiku minn Barbuto

 

 

Biskuttini tal-coconut

300g zokkor

300g margarina [temperatura ambjentali]

600g dqiq plejn

600g coconut

1/4 kuccarina baking powder

vanilla

qoxra ta’ lumija

qoxra ta’ laringa

2 bajdied

niskata melh

[jekk thobb it-togħma ħelwa hafna zid x 2 mgħaref stevia

Saħħan il-forn 200C.

Poggi l-ingridjienti kollha go mixer tal-eletriku. [mhux processur]

ħawwad ghal minuta.  Itfi u ħawwad billi tuza spatula.

Erga ħawwad bil-mixer għal minuta ohra jew sakemm biss it-taħlita tidher konsistenti.

Gib it-taħlita flimkien b’idejk.

Ifforma blalen JEW ippajpja fuq dixx tal-ħami ppreparat bil-kartaforn u sprej tal-ħami.

Aħmi għal 25 minuta u ħallihom jiksħu biex isservi.

Ferrex ftit icing sugar fil-wicc.

Ritratti Stefan Stafrace

Grazzi Lamb Brand