Torta tal-Marmurat

Riċetta oħra grazzi lil Renato Briffa, espert tal-ħelu Malti mil ITS

Għall-għaġina:

160g dqiq

50g zokkor

50g butir

5g baking powder

tliet taqtiriet tal-vanilla

35 ml ilma

Qoxra ta’ lumija maħkuka

Għall-mili:

125g lewż mitħun

100g zokkor

50g gallettini mfarrkin

bajda

ġamm tal-larinġ

mgħarfa kokotina

nofs kuċċarina mixed spice

erba’ taqtiriet essenza tal-vanilla

20g konfettura

150g ċikkulata skura

80g lewż
Metodu:

Għarbel id-dqiq u l-baking powder. Żid il-butir u ħaddem fid-dqiq. Żid il-vanilla u l-qoxra tal-lumija. Ħallat iz-zokkor, żid l-ilma. Kebbeb l-għaġina fil-cling film u ħalliha toqgħod fil-fridge għal nofs siegħa.

Fi skutella ħallat il-lewż, iz-zokkor u żid il-kokotina, il-mixed spice, vanilla u konfettura. Ħallat flimkien. Żid il-bajda u ħawwad. Idlek id-dixx, iftaħ l-għaġina u iksi l-qiegħ tad-dixx biha.

Taqqab l-għaġina b’furketta. Dellek l-għaġina bil-ġamm tal-larinġ u ferra l-mili taċ-ċikkulata. Sajjar fil-forn f’temperatura ta’ 160 grad celsius għal 30 minuta. Oħrog mill-forn, ħalliha tiksaħ, dewweb iċ-ċikkulata skura u għatti l-wiċċ ta’ torta. Żejjen bil-lewż.

For the recipe in English click here

Trade Enquiries:  Lamb Brand

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s