Couscous bir-rummien u n-nagħniegħ frisk

Dan il-couscous tajjeb servut ma kull tip ta’ laħam jew ħut u wkoll tista’ tieklu bħala insalata kiesħa rranġata fuq il-weraq tal-ħass imħalltin. Għal minn irid riċetta bla glutina, użaw il-quinoa minflok il-couscous. Riċetta ħafifa u sempliċi biex tagħmilha imma t-tomgħa vera tajba u l-kuluri jġennuk daqs kemm huma sbieħ flimkien.

Għal erba’ persuni għandek bżonn

Couscous jew quinoa skont kemm tiggosta u segwi l-istruzzjonijiet tal-pakkett biex issajjar

Stokk tal-ħaxix Oxo, cube jew stock pot għal kull erba’ porzjonijiet

Ilma sħun skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett

Nofs lumija magħsura

1/4 kuccarina lumi mahkuk

Nagħniegħ frisk

kwart ta’ kuċċarina nagħniegħ niexfa

rummiena imqaxra u mnadfa

melħ u bżar

żejt taż-żebbuġa, ftit

Metodu

Segwi l-istruzzjonijiet fuq il-pakett tal-couscous jew quinoa biex issajru. Żid il-cube ta’ stokk, il-lumija magħsura u ħalieha ssir. Meta jsir ħallat kollox u uża furketta u żid in-nagħniegħ frisk imqatta biċċiet, n-nagħniegħ niexfa u r rummien. Żid il-melħ u l-, il-qoxra tal-lumi mahkuka u ftit żejt taż-żebbuġa u ħallat kollox flimkien. Servi sħun jew kiesaħ.

For the recipe in English click here

Oxo stock pots garden vegetables George Borg Ltd.jpg

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s