Scones tal-rikotta u laring [bla butir u bla zokkor irfinat]

 



Scones tal-laring u rikotta

400g dqiq self raising

200g irkotta

qoxra ta’ lariga maħkuka

meraq ta’ laringa mahkuka

żewġ mgħaref għasel

żewġ bajdied.

Metodu:

Ħaddem l-irkotta fid-dqiq wara li tagħaddih minn passatur. Żid l-għasel, il-qoxra ta’ larinġa, il-bajd u l-meraq tal-larinġ. Agħmel l-għaġina. Tħalliex toqgħod fil-fridge imma mal-ewwel iftaħha u uża cutter biex tqatta’ l-iscones.  Dawn jridu jkunu 3 cm għoljin.

Poġġi fuq dixx miksi bil-karta forn. Aħmi f’forn f’temperatura ta’ 160 grad celsuis għal 25 minuta. Fl-aħħar ħames minuti idlek bi ftit bajd imħabbat billi tuża pinzell u ferrex ftit qoxra tal-larinġ fil-wiċċ. Irritorna fil-forn. Servi sħan jew kesħin.

For the recipe in English click here

Trade Enquiries:

Allinson self raising flour u Ambrosi Ricotta minn Borg and Aquilina

Torta ta’ Malajr hafna tal-gbejniet u tadam

Ingredjenti:

350g cherry tomatoes

6 bajdiet imħabbtin

kikkra ħalib

kwart ta’ kikkra dqiq

kwart ta’ kuċċarina riegnu niexef

jekk trid daqs 2-4 mgharef hwawar friski mqatta

150g ġbejniet friski (poġġihom ġo passatur għal siegħa biex tneħħi l-ilma),

Metodu:

Saħħan il-forn għal 180°C. Ifrex it-tadam fil-qiegħ ta’ dixx ta’ 23ċm midluk biż-żejt taż-żebbuġa. Poġġi l-bajd imħabbat fi skutella u żid il-ħalib. Żid id-dqiq u ħawwad sew. Żid ir-riegnu. Immaxxja l-ġbejniet u żidhom mat-taħlita. Ferra’ fid-dixx fejn poġġejt it-tadam. Aħmi għal 35-40 minuta sakemm il-wiċċ jiġi kulur dehbi. Ħalliha tiksaħ għal ftit minuti qabel ma sservi. Tista’ sserviha bħala ikla prinċipali, jew imqattgħa slices mad-drinks.

Trade Enquiries:

Nuza dqiq Allinson minn Borg and Aquilina

Haxix organiku minn Barbuto

Flan ta’ malajr tal-irkotta

Din hija ricetta addata minn wahda ta Anton B Dougall li kont ghamilt waqt programm fuq ONE TV.  Bhal dejjem prosit Anton !

 

Ingredjenti:

sponge flan lesta

800g rkotta

100g zokkor jew uza stevia [segwi t-tabella fuq il pakett ghal ammont]

300g konfettura u ċikkulata mqattgħa, imħalltin

ponn lewż u ġellewż imqatta’

qoxra maħkuka ta’ lumija

ftit liquer Bajtra

niskata noċwmuskata mitħuna

ħawħ frisk għall-wiċċ

ċirasa ħadra u ħamra għall-wiċċ

ċikkulata maħkuka għall-wiċċ

Metodu:

Ipprepara l-mili billi tħallat l-irkotta u l-istevia fi skutella kbira. Ħawwad sakemm ikollok konsistenza kremuża. Jekk it-taħlita tkun niexfa wisq, żid ftit ħalib jew jogurt. Żid il-konfettura u ċ-ċikkulata mal-irkotta u ħawwad sew. Żid il-qoxra tal-lumija u n-noċemuskata. Erġa’ ħawwad sew.

Poġġi l-flan fuq platt kbir u xarrab bi ftit liquer li jogħġbok. Imla l-flan bit-taħlita tal-irkotta u żejjen bil-ħawħ, ċirasa u lewż. Kessaħ fil-friġġ qabel ma sservi.

Trade Enquiries:

Ricotta Ambrosi, stevia Truvia minn Borg and Aquilina

Liqueur Bajtra minn Marsovin

Platti Bristow Potteries

Galletini tal-gobon u zerriegha tal-pepprin [Cheese and Poppy Seed Biscuits

Ingredjenti:

300g ġobon maħkuk: cheddar jew parmeġjan

250g butir

450g dqiq

kuċċarina melħ

kuċċarina cayenne pepper

150g żerriegħa tal-pepprin (poppy seeds)

50g gunglien

kuċċarina kurrat mqatta’

Metodu:

Saħħan il-forn f’temperatura ta’ 180 grad celsuis. Ħallat flimkien il-ġobon, id- dqiq, il-melħ, il-cayenne pepper u l-kurrat.

Żid il-buttir u ħaddmu fid-dqiq. Ifforma għaġina. Aqsam l-għaġina fin-nofs u għamilha f’forma ta’ zalzett. Rembel iz-zalzett fiż-żerriegħa tal-pepprin u gunglien u kebbeb fil-cling film.

Poġġihom fil-fridge għal siegħa. Qatta’ f’biċċiet ta’ 5mm u poġġihom f’dixx tal-forn miksi bil-karta forn. Aħmi għal 12-il minuta.

 

 

Kejk tal-gelat ta’ malajr

2 litri ġelat tal-frawli

100g pistaċċi

mgħarfa ilma tal-ward jew ilma zghar

100g frawli mqattgħa biċċiet

100g ċikkulata skura mdewba

200g frawli mqattgħa slices puliti għall-wiċċ

200g lewż imqatta’ biex iżżejjen il-ġnub

Għall-mili: 8 frawliet imħaffrin u mimlijin bit-tahini taċ-ċikkulata jew spread taċ-ċikkulata

Metodu:

Oħroġ il-ġelat mill-friża u ħallih jirtab ftit.  Poġġih ġo skutella kbira u uża mgħarfa kbira tal-metall biex tħawdu u ġġibu artab u lixx.  Żid il-frawli mqattgħa u l-pistaċċi u ħawwad.

Iksi landa tal-kejkijiet ‘springform’ bil-cling film. Poġġi l-ġelat go fiha u ċċattja l-wiċċ.

Poġġi l-frawli li ħaffirt u mlejt biċ-ċikkulata weqfin ġol-ġelat u agħfas ftit b’ subgħajk ħalli ddaħħalhom ġol-ġlat. Ara li l-wiċċ ikun miksi bil-ġelat biex il-frawli mimli ma jidhirx mill-wiċċ.

Iffriża sakemm jagħqad. Oħroġ mill-friża u iksi l-wiċċ biċ-ċikkulata skura mdewba. Żejjen il-wicc bis-slices tal-frawli. Erġa’ poġġi fil-friża.

Siegħa qabel ma sservih, oħroġ il-ġelat u neħħih mil-landa tal-kejkijiet. Neħħi l-cling film. Iksi l-ġnub tal-kejk bil-lewż imqatta’. Poġġih fil-friża sakemm isservih.

 

Trade Enquiries:  Lamb Brand

Ghaliex ic-Cherry Plum?

tabella cherry plum.png

 

Lea’s Tip

‘Nħobb nzid ic-cherry plum mgħolli ħafif gol-ilma bi ftit meraq tal-lumi jew laring mal-joghurt tal-mogħoż li hu aktar faċli biex jiddiġerixxi milli ħalib tal-baqra’

Goats milk yoghurt

Goats Yoghurt by Delamere

 

Trade Enquiries:

Joghurt tal-moghoz minn Quality Foods Marketing

 

 

Kejk ta’ Malajr tac-cikkulata

Għandek bżonn:

2 kikkri zokkor

2 kokkri dqiq self-raising

kikkra butir mdewweb

4 mgħaref kokodina

kikkra ilma

2 bajdiet

1/2 kikkra jogurt grieg

kuċċarina bikarbonat

kuċċarina vanilla

kuċċarina trab tal-kannella

Metodu:

Saħħan il-forn għal temperatura ta’ 180 grad Celsius.Għarbel id-dqiq darbtejn u żid iz-zokkor. Mal butir imdewweb żid il-kokodina u l-ilma u saħħan sakemm jagħli. Neħħi minn fuq in-nar, żid il-joghurt grieg, vanilla u trab tal-kannella u ħallat. Żid il-bajd u l-bikarbonat. Poġġi ġo dixx tal- forn (9 x 13 pulzieri), u aħmi għal nofs siegħa.

Kif toħorġu mill-forn ferra’ l-icing fuqu waqt li għadu sħun.

Chocolate Icing:

nofs kikkra butir

4 mgħaref kokkodina

6 mgħaref ħalib

ftit qtar vanilla

kuċċarina trab tal-kannella

kikkra lewż

250g icing sugar

Ħames minuti qabel ma toħroġ il-kejk minn ġol-forn, saħħan il-butir, il-kokkodina u l-ħalib. Neħħi minn fuq in-nar u żid l-icing sugar, il-vanilla, il-kannella u l-lewż. Ħallat sew u ferrgħu fuq il-kejk sħun.

For the recipe in English click here

Texas sheet cake

 

Trade Enquiries: Kolios Greek Yoghurt by Quality Food Marketing