Chicken Skewers u Kebabs

Biex tagħmel iċ-chicken skewers jew kebabs, tista’ tuża jew is-sider tat-tiġieġ jew il-koxxa bla għadam. Meta tuża s-sider għandek bżonn isservi zalza ma’ skewer. Il-koxxa boneless tibqa’ aktar moist u speċjalment jekk se jkollok id-drinks u kulħadd se jkun bilwieqfa dawn huma ideali għax mhux se jkollok bżonn isservi zalza magħhom. Meta tkun qed issajjar l-iskewers tat-tiġieġ fuq il-bbq irreżisti li taqlibhom qabel ma jsiru sew. L-aħjar li tħallihom isiru fuq naħa waħda u meta jkunu saru taqlibhom. Meta ssir in-naħa l-oħra isservihom mill-ewwel mingħajr ma terġa’ taqlibhom għax ikollok riżultat aktar ‘moist’
u tari. Ftit ideat għall-zalza mal-iskewers

chicken skewers peanut sauce

Skewers ta’ tigieg b’zalza tal-karawett [satay]

Peanut sauce ta’ malajr
Ħallat flimkien 4 mgħaref butir tal-karawett u 6 mgħaref ilma fietel. Meta t-taħlita tiġi konsistenti, żid mgħarfa ħall tat-tuffieħ organiku, kuċċarina sesame oil (żejt tal-ġunġlien) u 2 mgħaref meraq ta’ xkomp (lime). Ħawwad sew u servi mal-iskewers biex tiġi stil ‘Satay’.

Chicken kebabs alla diavola.jpg

Kebabs ta’ tigieg alla diavola

Inħobb wisq nagħmel il-Pollo alla Diavola meta nuża tiġieġa sħiħa imma meta tagħmel din it-taħlita mal-kebabs tat-tiġieġ tuża l-koxxa bla għadma u jiġu tajbin wisq. Hija ricetta perfetta jekk għandek bżonn tipprepara l-ikel malajr għax jekk ma tħallix it-tiġieġ jim-
marina għal-lejl jew għal ftit siegħat xorta tajba tiġi.

Kull m’għandek tagħmel tħallihom ġo taħlita tal-marinade għal nofsiegħa u taqlibhom ħafif u tista’ tpoġġihom fuq il-bbq mal-ewwel mingħajr ma titlef it-togħma tal-marinade. Għal din ir-riċetta ta’ malajr għandek bżonn: 6 mgħaref żejt taż-żebbuġa, 2 sinniet tewm maħkuka jew tista’ ukoll tuża l-isprej tat-tewm, ftit klin frisk (daqs mgħarfa mqatta’ biċċiet żgħar) niskata klin niexef, meraq ta’ nofs lumija u kuċċarina chilli flakes, mgħarfa tursin frisk imqatta’ biċċiet, ftit melħ u bżar. Ħallat kollox flimkien u iksi l-biċċiet tat-
tiġieġ fih.

Lea’s Good Food Everyday jixxandar fuq Smash TV u tista ssegwi il-pagna ta’ facebook

Trade Enquiries:

Laham waqt il-programm televiziv DMeats Butchery at Carters Supermarket [Tarxien/Paola]

Frylight by Rimus Group

 

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s