Il-ġwienah tat-tiġieġ għal bbq jew forn

Il-ġwienah tat-tiġieġ fuq il-bbq huma tajbin daqs kemm hi tajba z-zalza tagħhom.

 

Il-ġwienaħ ma niekluhomx għal laħam tagħhom għax jekk irridu nieklu ħafna laħam mhux se nsibuh fuq il-ġwienah. Il-ġwienah huma magħrufin biex tittrejjaq għal ma’ drinks u mhux biex tixba bihom. Jekk trid tikkalkula u se jkollok il-mistednin għal drinks, trid tikkalkula li kull parti tal-ġwienah se tqattaha’ min-nofs u tikkalkula 5 biċċiet kull persuna. Jiġifieri għal kull persuna għandek bżonn żewġ ġwienah u nofs.

Dan il-porzjon tista’ sservih ma’ drinks jew bħala starter qabel l-ikla tal-bbq proprja. Għalkemm dawn il-ġwienah għandhom bżonn ikunu mmarinati, tista’ wkoll isservi dipping sauce magħhom. U dik hija l-ġmiel tal-ġwienah, li jkollok it-tiġieġ flimkien ma’ togħma kollha miz-zalza kważi f’gidma waħda. Bħala marinades u dipping sauces m’għandix bżonn aktar minn 3 ingridjenti u żżomm kollox sempliċi.

Ftit eżempji ta’ marinades ideali għall-ġwienah

Sticky Chicken Wings

Qatta’ 100g tamal biċċiet żgħar u poġġi ġo kazzola. Żid 2 mgħaref kosbor frisk,kikkra stokk billi tħallat stokk pot lesta ma’ kikkra ilma, ftit melħ u bżar. Saħħan it-taħlita fuq nar baxx sakemm jinħall it-tamal. Ħalli t-taħlita tiksaħ u mmarina l-ġwienah fihom.

 

Oriental Style Chicken Wings

Saħħan flimkien 4 mgħaref fish sauce, 4 mgħaref soy sauce, ftit bżar iswed,sinna tewm maħkuka, 1/2 kuċċarina zokkor ismar jew għasel u 1/4 kuċċarina ġinġer frisk
maħkuk. Qabel ma t-taħlita tibda tagħli neħħi minn fuq in-nar. Ħalliha tiksaħ kompletament u meta tkun kiesħa mmarina l-ġwienah tat-tiġieġ.

oriental chicken wings.jpg

Lemon Pepper Chicken Wings

Saħħan il-meraq ta’ 2 lumijiet, qoxra maħkuka ta’ lumija, 1/2 kuċċarina bżar iswed u sinna tewm maħkuka. Qabel ma jibda jgħali neħħi minn fuq in-nar u ħallih jiksaħ kompletament qabel ma timmarina l-ġwienaħ tat-tiġieġ.

lemon pepper wings

Tista ssegwi Lea’s Good Food Everyday fuq Smash TV u fuq il-pagna ta’ facebook

 

Trade Enquiries:
Chicken Wings u laham waqt il-programm televiziv DMeats Butchery għand Carters Supermarket

Fry Light by Rimus Group

 

 

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s