l-‘Glutina’ hija kelma li qiegħdin nisimgħu ħafna u naħseb kulħadd jaf biha llum.

Ir-riċerka turi li sa madwar 10% minnha nħossuna morda meta nieklu xi ħaġa li fiha l-glutina. Imma r-riċerka turi wkoll li sa 30% minnha nfittxu biex nixtru prodotti bla glutina mingħajr m’għandna bżonn biex insegwu dieta ħielsa mill-glutina. Dan ifisserukoll li n-nefqa fl-ikel u ingridjenti tiżdied meta nixtru ingridjenti u ikel min-
għajr glutina minflok ikel regolari. Hawn min jgħidli li għalkemm it-tabib tagħhom ma jirrikmandax dieta bla glutina, jħossuhom aħjar meta għamlu l-għażla li jeliminaw il-glutina. Nifhem u kif dejjem ngħid, nemmen li biex nippromwovu saħħa tajbanagħmlu għażla ta’ ftit minn kollox imma bil-moderazzjoni. U żgur jekk it-tabib jirrikmanda linsegwu dieta bla glutina, għandna noqgħodu attenti biex insegwu dieta ħielsa mill-glutina.

Bosta telespettaturi u qarrejja jgħiduli li jidher li saru, f’età avvanzata, intolleranti għall-glutina. Il-mistoqsija tagħhom hi x’inhi l-glutina? U għaliex f’daqqa waħda aħna issa sirna intolleranti u li jkollna l-problemi meta nieklu xi ħaġa bil-glutina? U mistoqsija komuni oħra kif nista nivverifika li jiena għandi bżonn dieta ħielsa bla glutina?

 

Advertisements