Nipprova dejjem inżommkom aġġornati b’ingridjenti li nsibu fi s-suq u li huma meqjusa bħala tajbin għas-saħħa. Tafu kemm inħobb nuża ż-żrieragħ u s-supergrains.

Issa fi s-suq ħadt gost li qiegħda nibda nara l-freekeh. Naħseb issaqsu x’inhu?

Il-freekeh huwa qamħ, iżdahuwa qamħ li ġie maħsud meta kien għadu żgħażugħ u aħdar, u mbagħad jiġi nkaljat. It-togħma li toħroġ hija simili għall-qamħ bulgur, iżda ma nafx jekk hux qiegħda nispjega sew, imma t-togħma hija aktar friska, qisek qiegħda tiekol il-ħaxix mal-qamħ. Fit-togħma u t-tessut, jixbaħ ukoll lix-xgħir għalkemm kważi għandu ċerta togħma ffumigata.

Ir-riċerka ta’ dan l-ingredjent turi li għax il-ħsad isir meta jkun għadu tari u żgħir, il-qamħ iżomm aktar proteina, fi bra u minerali fi h mill-qamħ maħsud meta jkun aktar matur. Il-freekeh għandu l-indiċi glycemic (glycemic index) baxx u bħala fibra għandu per eżempju daqs tliet darbiet aktar mir-ross ismar, u daqs darbtejn aktar mill-quinoa. U kif xi ħadd li għandu bżonn jagħmel dieta biex inaqqas mill-piż per eżem-pju, jgħidulek li jħos suhom aktar sodisfatti bl- ikel li huwa għoli mill-fibra. Il-freekeh fi h lamtu reżistenti u huwa tip ta’ karboidrat li jżommok sodisfatt u b’sen sazzjoni ta’ xaba’ għalżmien itwal.

Il-freekeh tiġi sħiħa u ġo forma kkrekkjata. Kien daqs xejn ta’ sfi da li ssib fi l-ħwienet tal-grocer u s-supermarkets imma issa tista’ ssibu faċilment kemm f’Malta u Għawdex. Dan l-ingredjent tista’ żżidu kważi f’kollox, fil-pulpetti, fi s-soppop, fl -insalati, fi ċ-ċereali għall-kolazzjon u meta ssaj ru jsir maljar daqs 20 minuta. Fir-riċetti tista’ tużah minfl ok ir-ross jew xgħir jew couscous, minflok il-quinoa jew buckwheat. Tista’ ssajru u tħalltu mal-għasel jew agave biex iżżidu mal-yoghurt. Tajjeb wisq. Tistgħu tibdew issegwu aktar dwar il-freekeh waqt il programm televiziv jew fuq il blogs tiegħi.

Trade Enquiries:  Good Earth Distributors

i.

Advertisements