Dip ta’ zunnarija

mgħarfa żejt taż-żebbuġa

sinna tewm

6 zunnarijiet imdaqqsin

żebbuġ biex iżżejjen il-wiċċ

250ml yoghurt

mgħarfa mayonnaise

trab tal-kosbor

Metodu:

Ħokk iz-zunnarija. Sajjar iz-zunnarija ġo ftit żejt taż-żebbuġa u żid niskata trab tal-kosbor. Ġo skutella ħawwad il-yoghurt, il-mayonnaise u t-tewm. Neħħi z-zunnarija minn fuq in nar u ħalliha tiksaħ. Ħawwadha mat-taħlita tal-yoghurt u żejjen il-wiċċ biż-żebbuġ iswed. Ħalli d-dip fil-friġġ għal siegħa qabel ma sservih.

Lea’s Good Food Everyday jixxandar kuljum fuq Smash TV u tista issegwi fuq il facebook

 

Trade Enquiries:

Haxix u Frott Frisk minn Big Fresh Mosta, Oscar’s Fruit and Vegetables Rahal Gdid u Barbuto [Orangiku]

Kcina bla’ Glutina – x’jigifieri?

l-‘Glutina’ hija kelma li qiegħdin nisimgħu ħafna u naħseb kulħadd jaf biha llum.

Ir-riċerka turi li sa madwar 10% minnha nħossuna morda meta nieklu xi ħaġa li fiha l-glutina. Imma r-riċerka turi wkoll li sa 30% minnha nfittxu biex nixtru prodotti bla glutina mingħajr m’għandna bżonn biex insegwu dieta ħielsa mill-glutina. Dan ifisserukoll li n-nefqa fl-ikel u ingridjenti tiżdied meta nixtru ingridjenti u ikel min-
għajr glutina minflok ikel regolari. Hawn min jgħidli li għalkemm it-tabib tagħhom ma jirrikmandax dieta bla glutina, jħossuhom aħjar meta għamlu l-għażla li jeliminaw il-glutina. Nifhem u kif dejjem ngħid, nemmen li biex nippromwovu saħħa tajbanagħmlu għażla ta’ ftit minn kollox imma bil-moderazzjoni. U żgur jekk it-tabib jirrikmanda linsegwu dieta bla glutina, għandna noqgħodu attenti biex insegwu dieta ħielsa mill-glutina.

Bosta telespettaturi u qarrejja jgħiduli li jidher li saru, f’età avvanzata, intolleranti għall-glutina. Il-mistoqsija tagħhom hi x’inhi l-glutina? U għaliex f’daqqa waħda aħna issa sirna intolleranti u li jkollna l-problemi meta nieklu xi ħaġa bil-glutina? U mistoqsija komuni oħra kif nista nivverifika li jiena għandi bżonn dieta ħielsa bla glutina?

Trade Enquiries:

Questbest Gluten Free Foods Telephone 99214462

Għaliex nuzaw il-Freekah?

Nipprova dejjem inżommkom aġġornati b’ingridjenti li nsibu fi s-suq u li huma meqjusa bħala tajbin għas-saħħa. Tafu kemm inħobb nuża ż-żrieragħ u s-supergrains.

Issa fi s-suq ħadt gost li qiegħda nibda nara l-freekeh. Naħseb issaqsu x’inhu?

Il-freekeh huwa qamħ, iżdahuwa qamħ li ġie maħsud meta kien għadu żgħażugħ u aħdar, u mbagħad jiġi nkaljat. It-togħma li toħroġ hija simili għall-qamħ bulgur, iżda ma nafx jekk hux qiegħda nispjega sew, imma t-togħma hija aktar friska, qisek qiegħda tiekol il-ħaxix mal-qamħ. Fit-togħma u t-tessut, jixbaħ ukoll lix-xgħir għalkemm kważi għandu ċerta togħma ffumigata.

Ir-riċerka ta’ dan l-ingredjent turi li għax il-ħsad isir meta jkun għadu tari u żgħir, il-qamħ iżomm aktar proteina, fi bra u minerali fi h mill-qamħ maħsud meta jkun aktar matur. Il-freekeh għandu l-indiċi glycemic (glycemic index) baxx u bħala fibra għandu per eżempju daqs tliet darbiet aktar mir-ross ismar, u daqs darbtejn aktar mill-quinoa. U kif xi ħadd li għandu bżonn jagħmel dieta biex inaqqas mill-piż per eżem-pju, jgħidulek li jħos suhom aktar sodisfatti bl- ikel li huwa għoli mill-fibra. Il-freekeh fi h lamtu reżistenti u huwa tip ta’ karboidrat li jżommok sodisfatt u b’sen sazzjoni ta’ xaba’ għalżmien itwal.

Il-freekeh tiġi sħiħa u ġo forma kkrekkjata. Kien daqs xejn ta’ sfi da li ssib fi l-ħwienet tal-grocer u s-supermarkets imma issa tista’ ssibu faċilment kemm f’Malta u Għawdex. Dan l-ingredjent tista’ żżidu kważi f’kollox, fil-pulpetti, fi s-soppop, fl -insalati, fi ċ-ċereali għall-kolazzjon u meta ssaj ru jsir maljar daqs 20 minuta. Fir-riċetti tista’ tużah minfl ok ir-ross jew xgħir jew couscous, minflok il-quinoa jew buckwheat. Tista’ ssajru u tħalltu mal-għasel jew agave biex iżżidu mal-yoghurt. Tajjeb wisq. Tistgħu tibdew issegwu aktar dwar il-freekeh waqt il programm televiziv jew fuq il blogs tiegħi.

Trade Enquiries:  Good Earth Distributors

i.

Cocoa Nibs: Għaliex?

 

Nuza ingridjienti naturali minn Good Earth Distributors Limited waqt il-programm televiziv Lea’s Good Food Everyday. Il cocoa nibs jistgħu jintużaw bħala ingredjent ghal ħami, miżjuda ma ‘ikel ieħor jew inkella jittieklu bħala snack
* għoljin fil manjesju, li jikkontribwixxi għas-saħħa mentali.
* gholjin fil-potassju
* sors tal-enerġija, jippromovu s-saħħa tal-għadam u l-muskoli
* jsostnu is-sistema nervuża

Trade Enquiries:  Good Earth Distributors