penne-alla-vodka2 mgħaref żejt taż-żebbuġa [Costa D’Oro]
basla
sinna tewm, imqattgħa rqiq
kuċċarina bżar aħmar (flakes)
2 kuċċarini oregano [Good Earth]
grok vodka
500g penne [Pasta Rummo]
6 tadamiet, imqaxxrin u mqattgħin
daqs tazza krema [President]
kikkra ġobon maħkuk
500 ml passata tat-tadam [X-tra]

Metodu:
Saħħan iż-żejt f’taġen fuq nar moderat. Żid il-basal u t-tewm. Sajjar għal 5 minuti waqt li tħawwad kontinwament.
Żid il-bżar aħmar u l-oregano. Sajjar għal minuta, imbagħad żid il-vodka u ħalliha ttektek għal 10 minuti fuq nar baxx.
Żid nofs il-tadam imqatta’, ħawwad u sajjar għal żewġ minuti. Imbagħad żid il-passata, ftit melħ u bżar.
Sajjar għal 30 minuta fuq nar bati ħafna. Neħħi minn fuq in-nar. Ħallih jibred ftit.
Sajjar l-għaġin skont l-istruzzjonijiet fuq il-pakkett
Uża blender tal-idejn biex titħan it-taħlita f’zalza lixxa. Ferra’ t-taħlita ġo taġen u bil-mod sajjar fuq nar baxxa ħafna. Żid il-bqija tat-tadam imqatta’. Żid il-krema u ħawwad. Neħħi mis-sħana u ħawwad mal-għaġin sħun. Servi bil-ġobon maħkuk

 

Nuza ghagin minn Pasta Rummo, hwawar niexfa minn Good Earth, krema minn President, tadam frisk minn Big Fresh Mosta

Advertisements