Sfineġ tal-incova

sfinic tal incova.jpg

Ghal ricetta ta’ Sfineġ ta’ malajr ghandek bzonn:

2 bajdied

200g dqiq self raising

nofs kuccarina trab tal hami

niskata melh

nofs kuccarina paprika affumigat

250g irkotta

1/4 kuccarina qoxra tal lumija mahkuka

mgharfa tursin frisk mqatta irieq

halib – bizejjed biex jkollok dropping consistency

zejt tal girasole jew soybea biex taqli

Ghal mili: 70g incova mqatta bicciet zghar

Uza stikka biex thallat l ingridjienti kollha flimkien [minbarra l-incova]. Zid bizzejjed halib biex it-tahlita tigi dropping consistency.  Mgharfa mgharfa.  Halli t tahlita toghqod ghal nofs siegha. 

Sahhan iz zejt taz zebbuga go tagen biex taghmel deep fry. Ghalekk ghandek bzonn zejt mhux hazin.  Uza zewg kuccarini biex tagmel blalen.  Qabel ma taqlihom, poggi bicca incova zghira go kull porzjon.  Meta jitaw fil wicc, nehhihom mizz zejt.  Poggihom fuq platt miksi bil kitchen towel biex jixxotta iz zejt.  Zejjen bi ftit tursin frisk mqatta u servi waqt il ghadhom shan.  

 

sfinic tal incova 2

 

sfinic tal incova 3

Soppa tal qarabagħli u ciccri

soppa qarabali ciccri
– 6 qarabagħli
– 150g ċiċċri misjura
– 2 basliet, waħda minnhom imqatta’ dadi żgħar
– 2 sinniet tewm imqatta’
Ð dada stokk OXO
– kuċċarina trab tal-ġinġer
– kwart ta’ kuċċarina trab tal-kożbor
– niskata noce muskata
– mgħarfa żejt taż-żebbuġa
– mgħarfa ħall tat-tuffieħ organiku jew apple cider vinegar
– melħ u bżar għat-togħma
– 60g lewż imqatta’
Biex issajjar iċ-ċiċċri aħslu  u ħallih jixxarrab għal-lejl.
Sajru billi tpoġġih ġo borma bl-ilma u ġibu jgħali. Jekk  tixtieq tqassar il-ħin tas-
sajran żid kwart ta’ kuċċarina bikarbonat meta jibda jgħali. Kif ikun irtab biżżejjed neħħi minn fuq in-nar u laħalħu. Tista’ wkoll tuża ċiċċri tal-bott.
Aqli basla ġo borma ma’ mgħarfa żejt taż-żebbuġa fuq nar baxx sakemm l-ew-
wel jiġi trasparenti u mbagħad jiġi kkaramelizzat ħafi f imma tħallihx jismar
ħafna.
Poġġih fuq il-kitchen towel u warrbu biex tużah fl -aħħar biex iżżejjen il-wiċċ.
Fl-istess borma żid il-ġinġer, trab tal-kożbor u noce muskata u ħawwad
fuq nar baxx. Żid il-qarabagħli mqatta’ biċċiet, nofs iċ-ċiċċri, d-dada tal-is-
tokk, il-ħall tat-tuffi eħ organiku, it-tewm u l-basla l-oħra. Ħawwad u għarraq il-
kontenut tal-borma fl -ilma, biżżejjed kemm tgħarraq il-ħxejjex kollha. Għolli n-nar
u ġibu jagħli. Baxxi n-nar u ħalli l-borma ttektek għal 35 minuta sakemm isir il-ħaxix.
Neħħi minn fuq in-nar u ħalli s-soppa tiksaħ. Żid il-bqija taċ-ċiċċri qabel ma
tidħanha sakemm issir lixxa. Duq is-soppa biex tara jekk mhux imħawra biżżejjed
għal palat tiegħek u żid il-melħ u bżar għall-gosti tiegħek. Jekk tixtieq tevita l-
melħ, ħawwar is-soppa bi ftit ħwawar nixfi n tal-gosti tiegħek.
Din is-soppa hija bla glutina u addattata għal dawk li jsegwu dieta bla prodotti
tal-ħalib (gluten free u lactose free).
Servi fi skutelli u fi l-wiċċ ferrex taħlita mill-ftit basal moħmi u lewż.
Nuza hwawar friski minn Lamb Brand

Zeppoli ta’ malajr ta’ San Guzepp bil-milli tal irkotta

zeppoli 2.png

Zeppoli ta’ San Guzepp

Għamilt dawn iz-Zeppoli s-sena l-ohra għal festa ta’ San Ġużepp.

INGREDJENTI

kikkra dqiq self raising

3 magharef zokkor jew stevia

nofs kuccarina trab tal­ kannella

ftit qtar tal-vanilla

110gr butir

niskata melh

kikkra ilma

4 bajdiet

zejt biex taqli

ghasel u qoxra ta’ laringa mahkuka

 

Milli

250g Irkotta
75g cikkulata sewda jew chocolate buttons
Vanilla
50g konfettura
50g lewz mqatta
75g krema

Żejt għall-qali
Icing sugar ghal wicc

F’kazzola hallat il-­butir, il-melh, zokkor u ilma fuq nar moderat. Gibu jaghli u zid il­ vanilla, nofs il qoxra ta lumija mahkuka u l=kannella. Nehhi l-kazzola minn fuq in-­nar u zid id­-dqiq. Erga’ poggiha fuq in­-nar u hallat sakemm jifforma ballun, is-soltu xi 3 sa 5 minuti. Poggi t­-tahlita fi skutella u uza ‘mixer’ tal-elettriku (veloçità baxxa) u zid il-­bajd wahda wahda sakemm kollox jithallat. Halli t-tahlita tistrieh fil frigg. Ifforma l­blalen b’mgharfa jew bil­‘piping bag’ u aqli sakemm jihdu kulur sabih. Tella’ miz-zejt u poggihom fuq ‘kitchen towel’ halli tixrob ftit miz-zejt. Ferrex ftit ghasel fil wicc u qoxra ta laringa mahkuka jew imla b tahlita tal irkotta.

 

 

Pulpetti tal-bakkaljaw

baccaljaw 3 leaves.jpg

Waqt Lea’s Good Food Everyday ikliet ghal-randan

 

Din hija riċetta oħra tan-nanna tiegħi. Kont nisma’ lil missieri jitkellem ukoll dwar il-bejjiegħa tat-triq li kienu jiġu fl-irħula bil-karrettuni b’dawn il-fritturi tal-bakkaljaw u l-bigilla. Il-melħ kien metodu rħis biex jippreservaw il-ħut fi żminijiet meta mhux kulħadd kellu frigg. Tista’ ssib riċetti li jużaw baking powder għall-fritturi. In-nanna kienet tuża l-ħmira. Servi ma’ insalata sempliċi.

1kg bakkaljaw
żejt tal-girasole minn 3 Leaves għal-qali
500ml ilma
500g dqiq
10g ħmira niexfa
niskata melħ
oregano niexef u nagħniegħ frisk

Metodu:

Xarrab il-bakkaljaw matul il-lejl. Biddel l-ilma u laħlaħ darbtejn. Għalli l-bakkaljaw sakemm jirtab; neħħi l-ilma u l-għadam. Ħallat il-ħmira mad-dqiq u l-ingredjenti xotti. Żid l-ilma fietel u ħalli t-taħlita tistrieħ siegħa. Poġġi l-biċċiet tal-bakkaljaw fit-taħlita u aqli sakemm minn barra jsir dak il-lewn dehbi. Ħalli l-pulpetti joqogħodu għal ħames minuti qabel ma sservi.

Nuza sunflower oil 3 leaves minn J Calleja Import Export Ltd

Soppa Toskana tal-haxix [Ribollita]

ribollita-for-new

basla mqattgħa

2 mgħaref żejt taż-żebbuġa Costa D’Oro u aktar biex tferra’ fuq is-soppa qabel ma sservi

2 zunnarijiet ta’ daqs medju

biċċa karfusa

mgħarfa kunserva

200ml nbid

200g tadam frisk imqatta’ jew polpa tal-bott

mgħarfa riegnu

2 mgħaref tursin frisk imqatta’

niskata ħwawar nexfin imħalltin

2 werqiet rand

litru stokk tal-ħaxix

70g pancetta jew bejken

250g fażola bajda msajra jew tal-bott

6 werqiet kale

melħ u bżar

Metodu:

Saħħan ftit żejt taż-żebbuġa ġo borma. Żid il-pancetta jew bejken, il-basla u z-zunnarija, u sajjar fuq nar baxx.

Sadattant, neħħi z-zokk tal-kale. Għalli ftit ilma. Qatta’ l-weraq biċċiet u ismothom fil-misħun għal erba’ minuti. Imbagħad poġġihom fl-ilma kiesaħ halli jibqgħu kulur sabiħ.

Kif issir it-taħlita tal-pancetta, żid l-ewwel l-inbid u meta jibda jagħli żid l-istokk u l- kunserva. Żid it-tadam, ir-rand, il-karfus, ir-riegnu, it-tursin u l-ħwawar. Ġib il-borma tagħli u baxxi n-nar. Sajjar għal kwarta u mbagħad żid il-fażola. Sajjar għal 10 minuti oħra.

Żid il-weraq tal-kale. Sajjar għal ħames minuti oħra biss u neħħi minn fuq in nar.

Tradizzjonalment din is-soppa tiġi servuta bil-ħobż imqatta’ dadi. Ferra’ ftit żejt taż- żebbuġa fuq kull platt soppa qabel ma sservi u tista wkoll iżżid ftit parmiġġan.

Nuza zejt ta’ zebbuga  Costa D’Oro minn J Calleja Import Export Ltd