Din hija riċetta ta’ kejk tat-tamal u t-tuffieħ  b’inqas zokkor u butir – nuza zejt ta’ zebbuga u stevia! Bla mixer u tħawwad kollox b’ idek.

    • 3 kikkri u nofs dqiq Self Raising mgħarbul darbtejn
    • kikkra stevia
    • mgħarfa għasel jew agave
    • 1/4 kikkra zejt ta zebbuga
    • 3 bajdiet imħabbtin
    • 1/2 kikkra rkotta mgħaffġa
    • kuċċarina bikarbonat
    • 1/2 kuċċarina trab tal-kanella
    • ftit vanilla
    • meraq imħallat ta’ lumija u larinġa
    • ftit qtar tal-vanilja
    • qoxra ta’ lumija maħkuka
    • qoxra ta’ larinġa maħkuka
    • 200 g  tuffieħ imqaxxar u maħkuk
    • 150 g  tamal imqatta’ biċċiet żgħar

Ħokk il-lumija u larinġa u għasarhom.  Ġo skutella ħallat id-dqiq, iz-zokkor l-irkotta, il-ħwawar u l-qxur taċ-ċitru.  Ħawwad imma tħallatx ħafna.Żid il-bajd u ħawwad. Qatta’ t-tamal u ħokk it-tuffieħ. Żid mat-taħlita.  ħawwad iz-zejt taz zebbuga mal-meraq taċ-ċitru. Ħawwad u fl-aħħar żid il-bikarbonat. Poġġi t-taħlita ġo dixx tal-kejk 23 ċm. Żejjen il-wiċċ bit-tuffieħ u t-tamal. Aħmi f’160°C għal 40 minuta.

Tista tixtri l-ktieb il-gdid Lea’s Good Food Everyday bl’ingliz minn Midsea Books jew billi tibghatu messag fuq 79629259 ghal free delivery

Advertisements