12-il skewer

500g sider tat-tiġieġ

biċċa ginger friska

2 sinniet tewm

xkomp

kuċċarina agave

2 mgħaref soy sauce

mgħarfa mild curry powder

3 mgħaref butir tal-karawett

150ml ħalib tal-coconut

kuċċarina żejt

Ħokk il-ginger, it-tewm u l-qoxra tal-ixkomp. Poġġihom ġo kazzola u żid il-meraq tal-ixkomp, l-agave, is-soy sauce, il-curry u l-butir tal-karawett. Saħħan fuq nar baxx sakemm l-ingredjenti jitħalltu flimkien. Itfi u ħalli t-taħlita tiksaħ.

Kebbeb it-tiġieġ fil-cling film. Uża lembuba biex tiċċattja s-sider tat-tiġieġ.

Qatta’ t-tiġieġ fi strippi. Qassam it-taħlita tal-butir tal-karawett f’żewg skutelli. Fi skutella minnhom żid il-biċċiet tat-tiġieġ. Iksi l-iskutella bil-cling film u poġġiha fil-friġġ għal bejn tliet sigħat u 12-il siegħa. Poġġi l-iskewers ġol-ilma. Ħallihom jixxarrbu, imbagħad daħħal il-biċċiet tat-tiġieġ fl-iskewers. Sajjar it-tiġieġ fil-forn jew fuq il-barbikju.

Ħawwad il-ħalib tal-coconut mat-taħlita tal-butir tal-karawett u saħħan ftit fuq nar baxx sakemm it-taħlita tiġi konsistenti. Neħħi minn fuq in nar u servi mat-tiġieġ imsajjar bħala dipping sauce b’temperatura ambjentali.  chicken-satay-2

Tista tixtri l-ktieb il-gdid Lea’s Good Food Everyday bl’ingliz minn Midsea Books jew billi tibghatu messag fuq 79629259 ghal free delivery

Advertisements