Insalata tal-Barley

200g barley

100g ġobon Pecorino maħkuk

4 tadamiet imqattgħin irqaq

bużbież frisk imqatta’

basla

qoxra ta’ nofs larinġa maħkuka

2 qarabagħliet

2 werqiet ħass imqattgħin irqaq ħafna

żejt taż-żebbuġa

dada tal-istokk

ftit melħ u bżar

mgħarfa ħwawar friski

Metodu:

Xarrab il-barley fl-ilma mal-lejl ħalli jirtab u hekk tnaqqas il-ħin tat-tisjir. Filgħodu laħalħu u sajru skont l-istruzzjonijiet ta’ fuq il-pakkett, imma żid miegħu dada tal-istokk.

Qatta’ l-ħxejjex puliti u żommhom separati. Qalli l-basla fuq nar baxx sakemm issir ftit karamelizzata. Neħħi mit-taġen u qalli ħafif ħafna l-qarabagħli biex ikun għadu nej minn ġewwa.

Ġo skutella kbira poġġi saff barley, imbagħad saff ħaxix imħallat, ftit Pecorino u naqra żgħira qoxra tal-larinġa maħkuka u ħwawar friski.

Erġa’ itfa’ saff ieħor barley, ħxejjex, ġobon maħkuk u qoxra tal-larinġa, Pecorino u ħwawar friski.

Poġġi fil-friġġ kif inhu għal siegħa. Żid mgħarfa żejt taż-żebbuġa, melħ u bżar. Ħallih joqgħod u ħawwad ħafif qabel ma sservi.

Tistaw tixtru l-ktieb il-gdid Lea’s Good Food Everyday bl’ingliz minn Midsea Books jew billi tibghatu messag fuq 79629259 ghal free delivery

 

Trade Enquiries: Barley minn Good Earth Distributors Ltd, Pecorino minn PJ Sutters u Experia The Deli, zejt ta’ Zebbuga Costa d’Oro minn J Calleja Import Export Ltd, Haxix minn Big Fresh Mosta, Oscar’s Fruit and Vegetables Rahal Gdid u haxix organiku minn Barbuto

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s