Raw Soup shuna mill programm televiziv

raw soup product placement.jpg
 
Ghandek bzonn
 
6 weraq kale
6 weraq spinaci
ponn kosbor frisk
niskata kosbor niexef
kikkra halib tal cashew
nofs kuccarina zerriegha tal qanneb [hemp seeds]
1/2 sinna tewm
2 mgharef hafur
1cm bicca ginger
ponta ta kuccarina zaffran tal indja mahkuk
mgharfa zejt taz zebbuga
melh u bzar
nofs kuccarina agave
Ilma jekk hemm bzonn
Biex izzejen il wicc:
2 pitravi mqattajn dadi
zalza coronation jew tixtriha lesta jew taghmila billi thallat
mgharfa trab tal kari ma sitt mgharef yoghurt u sitt mgharef krema friska u melh u bzar.
melh u bzar
fjuri tal fidloqqom
Naddaf il kale u nehhi iz zokk tan nofs.  Qattaw bicciet.
Poggi l ingridjient kollha tas soppa go blender u idhon it tahlita sakemm tigi lixxa hafna.  Jekk hemm bzonn zid ftit ilma biex iggiba konsitenza kremuza hafna.
Ferra it tahlita tas soppa go borma u sahhan fuq nar gholi.  Ghoqod mas soppa ghax ghandek bzonn issahana minghajr ma thalliha tghali.  Kif tara li sahnet itfi n nar qabel ma tibda taghli.
Ferra is soppa go skutella biex isservi.  Zejjen il wicc billi tirranga b mod dekorativ il bicciet tal pitravi msajra u mqatta dadi zghar u il fjuri tal fidloqqom.  Fuq it televizjoni uzajt il coronation sauce lest biex inzejjen il wicc ukoll.  Dan tistaw tixtruh lest kif ghamilt jien jew tistaw taghmluh intom u ghandkhom ir ricetta mal ingredienti fuq din il pagna.   Jekk tixtiequ tistaw ukoll tieku s soppa minghajr ma zejnu l wicc.

ħobza ta’ zerriegħa tal-qargha ħamra

pumpkin seed bread 2.jpgGħandek bzonn:
500g dqiq self raising, kuccarina bikarbonat, 400ml jogurt, niskata melh, 2 mgħaref zerriegħa tal-qargħa hamra. Ixgħel il-forn f’temperatura ta’ 220 grad celsuis. Idlek dixx bi’ żejt taż-żebbuġa.
Għarbel id-dqiq darbtejn u l-‘bikarbonat f’bieqja kbira. Żid il-melħ
Għamel toqba fin-nofs u ferra il-jogurt. B’mozzjoni ċirkulari ħallat id-dqiq mal-jogurt u ibqa’ ħallat sakemm ikollok għagina ratba.
Qiegħed l-għaġina fuq id-dixx tal hami.
Għamel sinjal ta salib b’ sikkina fuq il wicc tal-għaġina.Idlek il-wicc biz zejt ta’ żebbuġa u ferrex iz zerriegha tal qargha hamra fil wicc.
Sajjar l-hobza fil-forn għal nofs siegħa. Ritratt CJ Baldacchino Zerriegha tal qargha hamra minn Good Earth Distributors Limited

Hemp Seeds [iż-żrieragħ tal-qanneb]: Għaliex ?

Meta għamilt d-dip tal-avokado u tal-ispinaċi din il-ġimgħa żid 1/2 kuċċarina ta ‘żrieragħ tal-qanneb u mbagħad ħallat u dħant it-taħlita kollha flimkien. Dan huwa għazla tieghek.  Jekk ma thobx iz-zerriegħa, ħallieha barra. Hawn huma xi wħud mill-ħafna benefiċċji ta ‘żerriegħa tal-qanneb [hemp]

tabella hemp seeds-page-001

Tistaw issegwu Lea’s Good Food Everyday fuq Smash kuljum jew fuq il pagna ta’ facebook

Trade Enquiries: Good Earth Distributors Ltd

Foccacia ta’ malajr bla hmira – ricetta tal-gurnata

żejt taż-żebbuġ biex tidlek id-dixx

500g dqiq self raising

kuċċarina bicarbonate of soda

niskata melħ

400ml yoghurt

ilma jekk hemm bzonn

L-ingredjenti li tista’ tuża fil-wiċċ:

zalzett tal-Malti imqatta’ JEW Tonn Taz-Zejt

klin

żebbuġ iswed

tadam imqatta’

Parmeggiano Reggiano

melħ u bżar

rignu jew hwawar friski li joghbuk

Ixgħel il-forn f’temperatura ta’ 200 grad celsuis. Idlek dixx b’ammont sostenzjali ta’ żejt taż-żebbuġa.

Għarbel id-dqiq u l-‘bikarbonat’ f’bieqja kbira. Żid il-melħ.

Għamel toqba fin-nofs u ferra il yoghurt. B’mozzjoni ċirkulari ħallat id-dqiq mal-buttermilk jew yoghurt. Żid il-kumplament tal-buttermilk u ibqa’ ħallat sakemm ikollok għagina ratba.

Qiegħed l-għaġina fuq wiċċ kollu dqiq u iftaħha f’dan id-daqs: 35x20cm. Poġġi t-taħlita f’dixx midluk biż-żejt u idlek l-għaġina biż-żejt taż-żebbuġa.

Għamel ħofor fuq il-parti ta’ fuq tal-għaġina.

Qiegħed biċċa zalzett, klin, żebbuġa u rota tadama f’kull ħofra.

Ferra ftit żejt taż-żebbuġa u żid melh tal-baħar, bżar, parmeggiano reggiano u rignu.

Sajjar l-għaġina fil-forn għal nofs siegħa f’temperatura ta’ 200 grad celsuis sakemm il-ħobż ikun misjur minn fuq u minn taħt. [xi 35-40 minuta]

Meta l-focaccia tkun saret u għada sħuna, dellek fuqha ftit aktar żejt taż-żebbuġa. Ħalliha tiksaħ ftit qabel ma sservi.

foccacia-3

Trade Enquiries: Filippo Berio Olive Oil by Rimus Group

Kejk ta’ tuffieh u t tamal – ricetta tal-gurnata

Din hija riċetta ta’ kejk tat-tamal u t-tuffieħ  b’inqas zokkor u butir – nuza zejt ta’ zebbuga u stevia! Bla mixer u tħawwad kollox b’ idek.

    • 3 kikkri u nofs dqiq Self Raising mgħarbul darbtejn
    • kikkra stevia
    • mgħarfa għasel jew agave
    • 1/4 kikkra zejt ta zebbuga
    • 3 bajdiet imħabbtin
    • 1/2 kikkra rkotta mgħaffġa jew uza tofu
    • kuċċarina bikarbonat
    • 1/2 kuċċarina trab tal-kanella
    • ftit vanilla
    • meraq imħallat ta’ lumija u larinġa
    • ftit qtar tal-vanilja
    • qoxra ta’ lumija maħkuka
    • qoxra ta’ larinġa maħkuka
    • 200 g  tuffieħ imqaxxar u maħkuk
    • 150 g  tamal imqatta’ biċċiet żgħar

Ħokk il-lumija u larinġa u għasarhom.  Ġo skutella ħallat id-dqiq, iz-zokkor l-irkotta, il-ħwawar u l-qxur taċ-ċitru.  Ħawwad imma tħallatx ħafna.Żid il-bajd u ħawwad. Qatta’ t-tamal u ħokk it-tuffieħ. Żid mat-taħlita.  ħawwad iz-zejt taz zebbuga mal-meraq taċ-ċitru. Ħawwad u fl-aħħar żid il-bikarbonat. Poġġi t-taħlita ġo dixx tal-kejk 23 ċm. Żejjen il-wiċċ bit-tuffieħ u t-tamal. Aħmi f’160°C għal 40 minuta.

 

Trade Enquiries:
Stevia by Truvia, Caster sugar with stevia [brown and whte] and Allinson flour all available at Borg and Aquilina

Chicken Satay

12-il skewer

500g sider tat-tiġieġ

biċċa ginger friska

2 sinniet tewm

xkomp

kuċċarina agave

2 mgħaref soy sauce

mgħarfa mild curry powder

3 mgħaref butir tal-karawett

150ml ħalib tal-coconut

kuċċarina żejt

Ħokk il-ginger, it-tewm u l-qoxra tal-ixkomp. Poġġihom ġo kazzola u żid il-meraq tal-ixkomp, l-agave, is-soy sauce, il-curry u l-butir tal-karawett. Saħħan fuq nar baxx sakemm l-ingredjenti jitħalltu flimkien. Itfi u ħalli t-taħlita tiksaħ.

Kebbeb it-tiġieġ fil-cling film. Uża lembuba biex tiċċattja s-sider tat-tiġieġ.

Qatta’ t-tiġieġ fi strippi. Qassam it-taħlita tal-butir tal-karawett f’żewg skutelli. Fi skutella minnhom żid il-biċċiet tat-tiġieġ. Iksi l-iskutella bil-cling film u poġġiha fil-friġġ għal bejn tliet sigħat u 12-il siegħa. Poġġi l-iskewers ġol-ilma. Ħallihom jixxarrbu, imbagħad daħħal il-biċċiet tat-tiġieġ fl-iskewers. Sajjar it-tiġieġ fil-forn jew fuq il-barbikju.

Ħawwad il-ħalib tal-coconut mat-taħlita tal-butir tal-karawett u saħħan ftit fuq nar baxx sakemm it-taħlita tiġi konsistenti. Neħħi minn fuq in nar u servi mat-tiġieġ imsajjar bħala dipping sauce b’temperatura ambjentali.  chicken-satay-2

Tista tixtri l-ktieb il-gdid Lea’s Good Food Everyday bl’ingliz minn Midsea Books jew billi tibghatu messag fuq 79629259 ghal free delivery