Kejk tal-Millied ta’ malajr

quick fruit cake.jpg

Dan il-kejk adattat għal min iħalli għall-aħħar biex jagħmel l-ikel tal-Milied, għax m’għandux bżonn joqgħod għal żmien biex jiffermenta l-frott u jitjieb. Dan tajjeb biex tieklu mill-ewwel.

Għandek bżonn:

150g butir

25ml żejt taż-żebbuġa

180g zokkor ismar

Mgħarfa għasel

750g frott li jogħġbok imħallat u mqatta’

qoxra ta’ lumija maħkuka

qoxra ta’ larinġa maħkuka

żewġ mgħaref liquer li jogħġbok

100g lewż li jogħġbok imqatta’ biċċiet

erba’ bajdiet

100g lewż mitħun (trab tal-lewż),

200g dqiq self-raising

nofs kuċċarina baking powder

kuċċarina mixed spice

kuċċarina kannella

nofs kuċċarina noċemuskata

Metodu:

Poġġi l-butir, iz-zokkor, il-qoxra taċ-ċitru, il-meraq u l-liquer f’kazzola fuq nar moderat. Meta jagħli baxxi n-nar u ħawwad għal għaxar minuti. Neħħi minn fuq in-nar.

Żid iż-żejt taż-żebbuġa u l-għasel. Ħalli t-taħlita tiksaħ għal nofs siegħa.

Sahħħan il-forn f’temperatura ta’ 150 grad celsius. Iksi dixx tal-kejkijiet bil-karta forn. Ħallat l-ingredjenti l-oħra fi skutella kbira. Ħawwad.

Ibda żid it-taħlita tal-butir ftit ftit. Ħawwad sew ħalli t-taħlita tiġi konsistenza waħda.

Poġġi f’dixx tal-kejkijiet u aħmi għal 45 minuta f’temperatura ta’ 150 grad celsius għal siegħa u nofs. Jekk għandu bżonn iktar nar, għattih b’biċċa tinfoil u ħallih kemm għandu bżonn.

Meta jiksaħ il-kejk agħmel ftit toqob fih b’tooth pick u itfa grokk liquer li jogħġbok. Żejjen kif jogġħbok jew servi bi ftit icing sugar imferrex fil-wiċċ.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s