christmas-log

żewg pakketti gallettini morning coffee bla glutina u bla lattozju [nuza Nutrifree]

250ml ħalib tal lewz jew halib tal coconut

100g ġellewż

50g ċirasa

żewġ mgħaref kokkodina

pakkett tamal

grokk brandy

300g ċikkulata skura biex izzejen

Metodu:

Farrak il-gallettini.

Qatta t-tamal f’biċċiet żgħar.

F’kazzola itfa’ t-tamal u l-ħalib u poġġi fuq in-nar. Ħawwad sakemm it-tamal jinħall u t-taħlita tgħaqqad.

Fi skutella ħawwad flimkien il-galletini, il-ġellewż, iċ-ċirasa u l-kokkodina

Għaqqad kollox flimkien bit-taħlita tal-ħalib u t-tamal. Għamel forma ta’ zokk bit-taħlita.

Ħalliha toqgħod fil-fridge bil-lejl.

L-għada iksi biċ-ċikkulata mdewba u żejjen kif jogħġbok.

Tistaw issegwu Good Food Everyday fuq Smash TV kuljum

Advertisements