Dan il-kejk hieles mill butir u zejt u preparazjoni taht 5 minuti.

Ghandek bzonn

250g dqiq self raising

kuccarina baking powder

150g irkotta

Stevia [ikalkula 200g zokkor billi ssegwi t-tabella fuq il vazett li ghandek]

mgharfa cornflour

4 bajdied

vanilla

nofs kuccarina qoxra ta’ lumija mahkuka

niskata melh

Sahhan il forn 180C

Iksi loaf tin bil karta forn

Gharbel id dqiq darbtejn.  Poggi l ingridjienti gol mixer tal eletriku u hawwad ghal minuta biss.

Poggi it tahlita tal kejk go dixx tal kejk.

Ahmi ghal 45 minuta.  Poggi skewer gol kejk u jekk ghadu ma sarx hallih fil forn naqra ohra.

 

Good Food Everyday kuljum fuq Smash TV

 

 

 

Advertisements