2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

4 sinniet tewm

nofs basla mqattgħa

niskata noċemuskata

melħ u bżar

500g Jerusalem artiċokks, maħsul, mqaxxar u mqatta’

2 kikkri stokk tal-ħaxix

mgħarfa mascarpone mħallta ma’ mgħarfa yoghurt

tursin frisk għall-wiċċ

Metodu:

Poġġi ż-żejt taż-żebbuġa f’kazzola u żid il-basal u t-tewm fuq nar baxx. Ħawwad għal ħames minuti, imbagħad żid l-artiċokks. Sajjar għal żewġ minuti u żid l-istokk. Sajjar sakemm jagħli, imbagħad baxxi n-nar u ħalli l-borma ttektek għal 40 minuta. Neħħi minn fuq in-nar, ħalli s-soppa tiksaħ ftit u itħanha b’hand blender sakemm tiġi lixxa. Żid il-mascarpone u l-yoghurt. Saħħan u servi. Ferrex ftit tursin frisk fil-wiċċ.

 

Trade Enquiries:  Haxix Big Fresh u Barbuto [Haxix Organiku]

Advertisements