Soppa tal-brokkoli bil-ġbejna friska

broccoli_soup

Good Food Everyday jixxandar kuljum fuq Smash TV

Għandek bżonn:

mgħarfa żejt taż-żebbuġa

brokkoli

dada tal-istokk

basla ta’ daqs medju mqattgħa

sinna tewm imqattgħa

patata mqaxxra u mqattgħa

ponn nagħniegh frisk imqatta’ (żomm ftit weraq sħaħ għall-wiċċ),

kuċċarina nagħniegħ imnixxef

melħ jekk meħtieġ

100ml plain yogurt

ġbejniet friski (waħda għal kull porzjon),

 

Aqli l-basla u t-tewm fuq nar baxx. Żid il-patata mqattgħa u n-nagħniegħ imnixxef u sajjar għal ħames minuti. Żid il-brokkoli, ħawwad u żid nofs il-nagħniegħ frisk. Żid id-dada tal-istokk u biżżjjed ilma biex tgħaddas l-ħxejjex. Ħalli l-borma fuq nar għoli sakemm tagħli. Baxxi s-sħana u sajjar għal għaxar minuti jew sakemm il-ħxejjex jirtabu.

Neħħi minn fuq in-nar u ħallih jiksaħ . Żid in-nagħniegħ frisk li fadal u l-yogurt u uża blender biex titħan is-soppa sakemm tiġi lixxa. Zid melħ u bżar kemm tixtieq.

Erġa’ saħħan is-soppa u serviha ġo skutelli ma’ ġbejna friska. Żejjen kull skutella b’werqa nagħniegħ.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s