Għandek bżonn:

200g dqiq self-raising

100g butir

80g zokkor

3 bajdiet

nofs kuċċarina kannella

150g għasel

qoxra ta’ kwart ta’ larinġa maħkuka

qoxra ta’ kwart ta’ lumija maħkuka

nofs kuċċarina bikarbonat

niskata melħ

150g chocolate chips sewed

Ghal wicc:  350 g cikkulata sewda mahlula mhalta ma 2 mgharef zejt

Metodu:

Saħħan il-forn għal 180 grad Celcius. Idlek dixx tal-kejkijiet bil-butir. Saħħan il-butir, l-għasel u z-zokkor f’kazzola flimkien mal-ħwawar sakemm iz-zokkor u l-butir jinħallu. Ħallihom joqogħdu. Għarbel id-dqiq. Bil-mod il-mod żid miegħu t-taħlita tal-ġulepp. Ħabbat il-bajd imhabbat u żid il-qoxra tal-lumi.    Ħawwad mal-ingredjenti l-oħra. Itfa t-taħlita fid-dixx u Fil wicc ferrex il chocolate chips.  Aħmi fil-forn għal 45 minuta.

Meta jiksaħ, neħħih mil-landa. Iksi bi cikkulata mahlula mhlata bil krema.

 

Good Food Everyday jixxandar kuljum fuq Smash TV

Advertisements