Għandek bżonn:

kikkra tamal imqatta’

kikkra lewż imqatta’

kikkra żbib

kwart ta’ kuċċarina trab tal-ginger

5-8 tiniet imqaddin

nofs kikkra meraq tal-larinġ

4 mgħaref għasel

kikkra coconut

2 mgħaref ilma tal-ward (rosewater),

ftit coconut żejjed, għall-kisi tal-pastini

Metodu:

Saħħan il-forn għal temperatura ta’ 160�C. Uża hand blender bies tgħaqqad l-ingredjenti flimkien. Jekk it-taħlita ma tkunx iebsa biżżejjed, żid il-coconut. Ifforma blalen żgħar u agħmel ponta biex jiġu forma ta’ piramidi. Rembel il-pastini ġol-coconut żejjed. Poġġihom fuq tilar tal-ħami u aħmi għal madwar 25 minuta sakemm jismaru.

Tista taħżen il-pastini f’reċipjent għal ftit ġimgħat imma fis-sajf poġġi r-reċipjent fil-friġġ.

Advertisements