Għandek bżonn:

mgħarfa żejt taż-żebbuġa

basla mqattgħa

sinna tewm

4 kikkri stokk

nofs kilo tadam frisk

kuċċarina zafran tal indja frisk mahkuk [turmeric]

nofs kuċċarina żerriegħa tal-kemmun

mgħarfa kunserva

nofs kikkra għaġin żghir

1 yoghurt jew 4 mgħaref krema light

 

Aqli l-basla u sajjar għal 15-il minuta. Żid it tewm u kompli sajjar. Żid it-tadam bil-qoxra b’kollox, melħ u bżar. Ħawwad, żid l-istokk u t-turmeric. Baxxi n-nar u sajjar għal nofs siegħa. Itħan ħafif ħalli jibqagħlek il-biċċiet. Erġa’ poġġi s-soppa fuq in-nar u żid l-għaġin u l-kunserva.

 

Good Food Everyday jixxandar kuljum fuq Smash TV

Nuza dada naturali ta stokk minn Kallo, ghagin minn Pasta Fiber, kunserva minn Victoria Brand, haxix minn Big Fresh u Barbuto [organiku]

Advertisements