Dan huwa kejk ieħor ħafif u ta’ malajr!

Għandek bżonn:

125g butir

125g zokkor

200g dqiq self-raising

3 bajdiet

2 zunnarijiet maħkuka

mgħarfa ħalib

25g buttuni taċ-ċikkulata skura

mgħarfa kokodina

kuċċarina baking powder

ponta ta’ kuċċarina noċemuskata

Għandek bżonn landa ta’ 20ċm, midluka bi ftit butir jew miksija bil-karta forn.

Metodu:

Saħħan il-forn għal 170 grad Celcius.

Poġġi l-butir ġo skutella. Żid iz-zokkor. Uża mixer biex tħallat il-butir u z-zokkor u ħawwad sakemm it-taħlita tiġi bajda. Żid il-bajd. Għarbel id-dqiq, il-baking powder u l-kokodina flimkien. Żid l-ingredjenti kollha minbarra t-taħlita tad-dqiq. Uża mgħarfa u ċid id-dqiq bil mod il-mod. Tħawwadx ħafna.

Ferra’ ġod-dixx u aħmi għal nofs siegħa sakemm isir minn ġewwa u jieħu ftit kulur.

Din hija riċetta ta’ Lea Hogg: www.goodfoodeveryday.wordpress.com

 

Il frott u haxix tieghi jigi minn Big Fresh il Mosta u Barbuto [organic]

Dqiq minn St Georges Brand

Advertisements