Ghandek bzonn:

kilo qargħa ħamra, imqaxxra u mqattgħa

250g għads oranġjo

basla mqattgħa

żewġ sinniet tewm, imqaxxrin u mqattgħin

dada tal-ħaxix ma’ żewġ litri ilma

qoxra maħkuka ta’ kwart ta’ larinġa

melħ u bżar

ġbejna friska

ħwawar friski jew tursin biex iżżejjen

aktar ilma jekk għandek bżonn miżjud fl-aħħar biex iġġib is-soppa l-konsistenza li togħġbok

Metodu:

Għaddas il-basla, tewm, qargħa u għads fl-ilma u għallih. Żid id-dada tal-istokk. Ħallih itektek bil-mod fuq nar bati għal 40 minuta.

Itfi n-nar u ħallih jiksaħ ftit. Żid il-qoxra maħkuka tal-larinġa. Uża hand blender sakemm il-soppa jkollha dehra konsistenti. Żid il-ġbejna friska, żejjen bil-ħwawar u servi.

Advertisements