Krema tal-gellewz [vegan, lactose-free, gluten-free, diabetic friendly]

 

tunesian-bouza-lactose-free-cj

ritratt CJ Baldacchino waqt il programm televiziv

1 litru ilma

200g lewż midħun

2 tamal

erba’ mgħaref cornflour

erba’ mgħaref stevia

mgharfa agave jew pejst tat tamal

ftit qtar ilma tal-fjuri, tista’ tuża ilma żahar jew ilma tal-ward, jew jekk tippreferi ħallihom barra.

Metodu:

Poggi il gellewz fil ilma ghal lejl.  Lahlah il gellewz.  Poggi go liquidizer u zid 700ml ilma.  Idhon sakemm jigi fin hafna.

F’kazzola ħallat il-lewż midħun bil likwidu (halib tal lewz), is stevia  u lu saħnu fuq nar baxx. Ħallat il-cornflour ma’ 300ml ilma.

Żid l-ilma tal-fjuri jekk se tużah. Kif tibda tgħali t-taħlita żid il-cornflour bil-ilma u ħawwad waqt li tneħħih min fuq in nar.

Jekk se sservi bouza tradizjonali Tuneżjia ferraha f’tazzi tal-ħġieġ u żejjen il-wiċċ bil-lewż.

Fuq il programm televiziv illum uzajt ir rummien u helu handmade maghmul it Tunezjia.

Jekk se tużaha bħala mili f’xi torta, ferra din il-krema fil-forma tat-torta misjura waqt li tkun għada taħraq.
Żejjen il-wiċċ bil-lewż u frott tal-istaġun.

 

Trade Enquiries:  Gellewz minn St Georges Brand.  Helu hand made mit Tunezija: Deyma Shop, Gzira  Frott minn Oscar Fruit and Vegetables, Paola

 

Good Food Everyday jixxandar kuljum fuq Smash TV

Kejk abjad ta’malajr, preparazjoni taht 5 minuti !

Dan il-kejk hieles mill butir u zejt u preparazjoni taht 5 minuti.

Ghandek bzonn

250g dqiq self raising

kuccarina baking powder

150g irkotta

Stevia [ikalkula 200g zokkor billi ssegwi t-tabella fuq il vazett li ghandek]

mgharfa cornflour

4 bajdied

vanilla

nofs kuccarina qoxra ta’ lumija mahkuka

niskata melh

Sahhan il forn 180C

Iksi loaf tin bil karta forn

Gharbel id dqiq darbtejn.  Poggi l ingridjienti gol mixer tal eletriku u hawwad ghal minuta biss.

Poggi it tahlita tal kejk go dixx tal kejk.

Ahmi ghal 45 minuta.  Poggi skewer gol kejk u jekk ghadu ma sarx hallih fil forn naqra ohra.

 

Good Food Everyday kuljum fuq Smash TV

 

 

 

Soppa tal Jerusalem artiċokks

2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

4 sinniet tewm

nofs basla mqattgħa

niskata noċemuskata

melħ u bżar

500g Jerusalem artiċokks, maħsul, mqaxxar u mqatta’

2 kikkri stokk tal-ħaxix

mgħarfa mascarpone mħallta ma’ mgħarfa yoghurt

tursin frisk għall-wiċċ

Metodu:

Poġġi ż-żejt taż-żebbuġa f’kazzola u żid il-basal u t-tewm fuq nar baxx. Ħawwad għal ħames minuti, imbagħad żid l-artiċokks. Sajjar għal żewġ minuti u żid l-istokk. Sajjar sakemm jagħli, imbagħad baxxi n-nar u ħalli l-borma ttektek għal 40 minuta. Neħħi minn fuq in-nar, ħalli s-soppa tiksaħ ftit u itħanha b’hand blender sakemm tiġi lixxa. Żid il-mascarpone u l-yoghurt. Saħħan u servi. Ferrex ftit tursin frisk fil-wiċċ.

 

Trade Enquiries:  Haxix Big Fresh u Barbuto [Haxix Organiku]

Soppa tal-brokkoli bil-ġbejna friska

broccoli_soup

Good Food Everyday jixxandar kuljum fuq Smash TV

Għandek bżonn:

mgħarfa żejt taż-żebbuġa

brokkoli

dada tal-istokk

basla ta’ daqs medju mqattgħa

sinna tewm imqattgħa

patata mqaxxra u mqattgħa

ponn nagħniegh frisk imqatta’ (żomm ftit weraq sħaħ għall-wiċċ),

kuċċarina nagħniegħ imnixxef

melħ jekk meħtieġ

100ml plain yogurt

ġbejniet friski (waħda għal kull porzjon),

 

Aqli l-basla u t-tewm fuq nar baxx. Żid il-patata mqattgħa u n-nagħniegħ imnixxef u sajjar għal ħames minuti. Żid il-brokkoli, ħawwad u żid nofs il-nagħniegħ frisk. Żid id-dada tal-istokk u biżżjjed ilma biex tgħaddas l-ħxejjex. Ħalli l-borma fuq nar għoli sakemm tagħli. Baxxi s-sħana u sajjar għal għaxar minuti jew sakemm il-ħxejjex jirtabu.

Neħħi minn fuq in-nar u ħallih jiksaħ . Żid in-nagħniegħ frisk li fadal u l-yogurt u uża blender biex titħan is-soppa sakemm tiġi lixxa. Zid melħ u bżar kemm tixtieq.

Erġa’ saħħan is-soppa u serviha ġo skutelli ma’ ġbejna friska. Żejjen kull skutella b’werqa nagħniegħ.

Baci [lactose free, gluten free, egg free, palm oil free, vegan, bla zokkor mizjud]

baci-lifestyleGħandek bżonn:
żewġ pakketti gallettini morning coffee bla glutina [ nuza Biscotti del Mattino bla glutina]
erba’ mgħaref kokodina
100g ġewż midħun
żewġ mgħaref ġewż mqatta’ biċċiet żgħar
żewġ mgħaref ġewż tal-indji (coconut),
tliet mgħaref agave
żewġ mgħaref rum
100ml ħalib tal lewz
ġewż sħiħ għall-wiċċ
200g ċikkulata skura biex tiksi [Nuza Cikkulata Valor bla zokkor]

baci-2

Metodu:
Idħan fin il-galletini.
Fi skutella ħallat il-galletini, il-kokodina u l-ġellewż mfarrak, il-ġewż tal-indji, l-agave, ir-rum u l-ħalib tal-lewz. Ħallat sew. Ifforma blalen bit-taħlita. Fuq kull pastina poġġi ġellewza sħiħa.
Poġġi fil-fridge għal erba’ sigħat.
Ħoll iċ-ċikkulata. Iksi kull pastina biċ-ċikkulata mdewba.

baci
Lea’s Good Food Everyday jixxandar kuljum fuq Smash TV.
Ghal ricetti bl’ingliz hawn fuq goodfoodeveryday

Trade Enquiries:

Morning Coffee Bla Glutina :  Nutrifree minn Ryan M Camilleri Telephone 356 9921 4462

Cikkulata Bla Zokkor:  Valor minn J Calleja Import Export Telephone 356 21 522 438