ghadam-2

Din ir-ricetta ibbazata fuq dik ta Renato Briffa:

Għal 8 – 10 għadam għandek bożnn:

Għal għaġina:
625g dqiq,
200g butir,
żewġ kuċċarini baking powder,
qoxra ta’ lummija maħkuka,
ftit qtar tal-vanilla,
150g ilma,
250g Zokkor.

Agħmel l-għaġina billi tħallat id-dqiq u l-butir bir-“rubbing in method”, żid il-qoxra tal-lummija, il-vanilla z-zokkor u fl-aħħar l-ilma. Għaqqad l-għaġina u ħallieha tistrieħ fil-fridge għal nofs siegħa.

Għal milli għandek bżonn:
200g intrita pura
200g zokkor
Qoxra ta’ lumija maħkuka
ftit qtar tal-vanilla
1 – 2 abjad tal-bajd, skont kemm ikunu kbar
Ħallat kollox flimkien, il-konsistenza trid tiġi bħall-għaġina.

Metodu:
Iftaħ l-għaġina bil-lembuba u ħalliha ħoxna u kemm jista’ jkun kwadra.
Idlek il-wiċċ tal-għaġina b’bajda imħabta (egg wash), bil-pinzel
Qaqbad ftit milli u poġġieh fuq l-għaġina rrumblah qiesu zalzetta twila. poġġi fuq il-wiċċ tal-għaġina. Agħlaq il-ġnub tal-għaġina u qattagħha porzjonijiet ta’ 100’g kul biċċa. Agħmel forma ta’ sebgħa ħalli tiġi qiesa għadam.
Poġġi fuq il-karta tal-forn u aħmi f’temperatura ta’ 220 grad celsuis u aħmihom għal 15 – 20 minuta
Agħmel l-icing billi tpoġġi 800g naspru u żewġ grokkijiet ilma u sajjarhom fuq in-nar. Għaddas l-għadam fin-naspru maħlul biex tiksiehom u żejjinhom bil-biċċiet tal-lewż

Trade Enquiries:

Baking goods: St George’s Brand
Butir: Merci Chef minn P J Sutters
Hwawar: Schwarz minn P J Sutters
Frott frisk: Big Fresh

Advertisements