NUTRIMENT GĦAT-TRABI, it-TIENI XAHAR

Waqt it-tieni programm televiziv kellna intervista ma’ Dr Alexandra Camilleri Warne  fejn tkellimna dwar in-nutriment għat-trabi tat-twelid u fl-ewwel xahar ta’ ħajjithom.

Illum naqsmu intervista ma’ Dr Camilleri Warne dwar in-nutriment meħ-
tieġ waqt it-tieni xahar tat-tarbija.

Dr Camillieri Warnetgħid li:

Sa issa għandna nistennew aktar ta’ rutina fl-għalf. Wieħed għad irid jiżen it-tarbija regolarment biex tiżgura tkabbir adegwat.

Waqt it-tieni xahar, it-tarbijia għandha tiżdied fil-piż għal dak li għal linqas tkun twiedet bih. It-tarbija għandha tibda titbissem minn 5 ġimgħat ‘il quddiem.

Il-kolika hija ta’ inkwiet għal ħafna ġenituri. Definizzjoni xierqa ta’ kolika huwa meta t-tarbija tibki għal 3 sigħat kuljum għal aktar minn 3 darbiet fil-ġimgħa għal 3 ġimgħat.Il-
kolika tibda ġeneralment minn 3 ġimgħat sa 6 ġimgħat u tista’ iddum sa 3-4 xhur.

Huwa komuni li t-tarbija ġeneralment tbati mill-kolika aktar tard wara nofsinhar u bil-lejl. L-ebda studju ma juri għaliex eżatt it-tarbija tbati mill-kolika imma hemm ħafna spekulazzjonijiet.

Jekk l-omm tkun qiegħda tredda jista’ jkun hemm xi ħaġa fid-dieta tagħha li tista’ ma taqbilx mat-tarbija: dan huwa diffiċli li jiġi stabbilit eżatt xinhu u l-omm tista’ tipprova telimina ċertu ikel mid-dieta tagħha.

Hemm xi qtar anti-kolika li jistgħu jgħinu jtaffu l-kolika. Dawn jistgħu jitqiegħdu fil-ħalq tat-tarbija jew jiġu mħalltin mal-għalf tal-ħalib fil-flixkun.

Hemm formoli partikolari tat-trabi li jistgħu jgħinu biex inaqsu l-kolika iżda taqlibx il-ħalib qabel ma tkellem lit-tabib tiegħek.

Pariri li jistgħu jgħinu:

Żomm it-tarbjia sħuna u komda u bandal lit-tarbija.

Xi ħadd jista’ jeħodha dawra bil-karozza sakemm joqgħodu, l-introduzzjoni ta’ gażaża xi kultant tgħin.

Meta timla l-flixkun bil-ħalib imla l-gażaża ħalli t-tarbija ma tiġbidx l-arja u dejjem ukoll fewwaq it-tarbija wara l-għalf.

Importanti huwa li telimina għaliex qegħda tibki t-tarbija għal xi kwalunkwe raġuni oħra bħal rifluss, deni, stitikezza, allerġija għall-proteina fil-ħalib tal-
baqra.

Titlifx vaċċini: Tista’ tibda kmieni minn 6 ġimgħat kemm fil-privat u kemm fis-
setturi tal-Gvern.

DAN IL PROGRAMM MIGJUB LILKHOM MINN Vivian Corp, Vivian Baby, Plasmon Malta, Annabel Karmel (Ikel Organiku ghat trabi), Barbuto (frott u haxix organiku), P J Sutters u J Calleja Import Export Limited

Nirringrazzja lil Dr Alexandra Camillieri Warne tal- pariri tagħha. Tistgħu sseg-
wu l-programm addattat għal ikel tat-trabi u tfal fuq Smash kull nhar ta’ Ħamis fl-4.10 pm u fid-9.00 pm u kull nhar ta’ Ġimgħa fl- 10.00 am.

lea-programme-dr-acw-1

Advertisements

One thought on “NUTRIMENT GĦAT-TRABI, it-TIENI XAHAR

  1. Pingback: Nsajru ghat-trabi u tfal: L-ewwel Program – Good Food Tips

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s