I

Għan-nuggets:

bott qlub tal-qaqoċċ

bott ċiċri

basla żgħira mqattgħa u msajra

sinna tewm imqattgħa rqiq

1/4 ta’ kikkra polenta

2 mgħaref ħall tat-tuffieħ organiku

melħ u bżar

1/4 ta’ kuċċarina paprika ffumigata

melħ u bżar

Għall-batter:

kikkra ħalib tas-soya

1/4 ta’ kikkra linseed

2 mgħaref dqiq wholemeal

1⁄4 ta’ kikkra flaxseed

2 mgħaref dqiq tal-qamħ sħiħ

Għall-kisi:

kikkra polenta

kikkra frakk tal-ħobż

1/2 kuċċarina paprika

melħ u bżar

żejt taż-żebbuġa

Metodu:

Poġġi l-qlub tal-qaqoċċ fi skutella u pproċessahom ftit biex it-taħlita tibqa’ bi ftit biċċiet fiha. Uża l-pulse biex ma titħanx iżżejjed. Żid l-ingredjenti l-oħrajn u erġa’ pproċessa ħafif. Ħalli t-taħlita fil-friġġ għal siegħa. Ifforma n-nuggets u pprepara l-batter.

Ħawwad l-ingredjenti tal-batter flimkien fi skutella żgħira u ħallih joqgħod għal mill-inqas ħames minuti.

Waqt li tistenna, ħawwad l-ingredjenti biex tiksi fi skutella separata. Żid il-melħ u bżar għat-togħma.

Neħħi t-taħlita mill-friġġ u fforma 20-24 nugget. Iksi l-qiegħ ta’ taġen bi ftit żejt taż-żebbuga. Poġġi t-taġen fuq nar moderata. Bill kull nugget fil-batter u iksiha. Ittrasferixxi għat-taħlita biex tiksi n-nuggets. Aqlihom u dawwarhom sakemm ikunu kulur dehbi.

Poġġi n-nuggets fuq sarvetta tal-karti u servi bid-dipping sauces.

 

Trade Enquiries:

Qlub tal qaccoc, 3 Leaves minn J Calleja Import Export Ltd

Ciccri, J Calleja Import Export Limited

Dips u ketchup, P J Sutters

 

Tistgħu ssegwu Good Food Everyday kuljum fuq Smash TV, f’xandira diretta fl-4.10pm u repetizzjonijiet fl-10.00am u fid-9.00pm. Ir-riċetti bl-Ingliż jinsabu fuq il-blog ta’ Lea www.goodfoodeveryday.wordpress.com

Advertisements