tv-plasmon-1
Kull nhar ta’ Hamis, nsajru ghat trabi u tfal, xandira diretta 4.10pm, repetizjoni 9pm u il Gimgha 10am, ritratt Massimo Cassar

Nemmen li dak li aħna nagħtu lit-trabi tagħna tinfluwenza d-drawwiet ta’ dieta tagħhom meta jikbru.

Ħafna huma dawk illum li għat-tfal jixtru kollox organiku. Nitkellmu aktar fuq dawn id-drawwiet fil-ġimgħat li ġejjin fuq dawn il-paġni.

Verament faċli li tagħmel ikel frisk u bnin b’ingridjenti naturali mill-bidu għat-tarbija tiegħek. Ipprova ħallat it-toghmiet ħalli t-tarbija tidra tiekol kollox. Il-qara ħamra, il-butternut squash, il-brokkoli, it-tiġieġ, il-ħaxix. Meta tipprepara l-ikel għat-tarbija ovvjament se jkun hemm iż-żejjed. Ipprova poġġi l-ikel fil-friza fit-trejs tal-kubi tas-silġ. Meta l-ewwel tintroduċi xi ingridjent ġdid, għamel porzjon żgħir biss ħalli tkun tista’ tara li t-tarbija jogħġobha dak l-ingredjent.

Għalxejn tibqa’ b’xi kwantità kbira ta’ per eżempju pastarta ippurizzata jekk it-tarbijia mhux se tieklu. Introduċi ingredjent wieħed ġdidkull ftit ġranet. Ladarba inti żgura li t-tarbija tħobb dan l-ingredjent tista’ mbagħad tagħmel lottijiet akbar.

Ladarba li tikber ftit it-tarbija tista’ tirriżerva daqsxejn ta’ dak li inti qed tagħmel għall-ikla tal-familja u tidħan l-ikel. Meta t-tarbija tikber aktar tista’ tibda tqatta’ l-ikel f’biċċiet żgħar ħafna. Jaqbel dejjem li tneħħi l-porzjon tat-tarbija mill-bqija tal-borma qabel ma żżid aktar ħwawar.

Sakemm tidra tiekol it-tarbija mhux se jiekol aktar minn nofs mgħarfa sa mgħarfa ta’ dak l-ikel li tipprepara. Ħafna trabi jibdew b’dawn iċ-ċerejali:

* Ross   * Barley   * Ħafur

Dan il-frott għandu bżonn ikun misjur u artab u ppurizzat:

* Avocado * Tuffieħ * Banana * Lanġas

Dawn il-ħxejjex għandhom bżonn ikunu msajra u ppurizzati:

*Butternut Squash * Sweet Potato * Patata

Tagħtix proteini lit-tarbija jew prodotti tal-ħalib tal baqra qabel 6 xhur u dejjem ikonsulta lit tabib tieghek.

Ricetta: PUREE TAL-AVOCADO, TUFFIEĦA U LANĠASA

– avocado

– tuffieħa

– lanġasa

Qaxxar il-lanġas u t-tuffieħ. Poġġi ġo kazzola b’pulzier ilma. Għatti l-kazzola. Ġib l-ilma jagħli u pprova

poġġi furketta biex tara jekk sarx. Neħħi minn fuq in-nar. Ħalli jiksaħ bil-għatu fuqu. Qaxxar l-avocado (misjura). Poġġi fil-likwidiżer bil-lanġas u tuffieħ u ppurizzah. Tarmix l-ilma fejn sajjart il-frott u żidu mat-taħlita bil-mod il-mod waqt li tkun qiegħda tidħan fil-likwidiżer. Tista’ żżomm din it-taħlita fil-friża għal ġimgħa ġo kontenatur tas-silġ miksi.

Ricetta: PUREE TAL-LANĠAS U BANANA BIL-ĦALIB TAL-FORMULA JEW TAL-OMM

– lanġasa

– banana

– ħalib tal-formula jew tal-omm

Qaxxar il-lanġasa u l-banana u qattagħhom. Uża likwidiżer biex tippurizzah. Żomm it-taħlita kemm għandek bżonn dak il-ħin u iffriża l-bqija. Żid ftit ħalib tal-formula jew tal-omm mat-taħlita li tkun se tagħti lit-tarbija. Meta tiġi biex tuża dak li tkun żammejt fil-friża, oħroġ mill-friża biex tirtab u żid il-ħalib qabel ma tagħti l-ikel lit-tarbija.

Ricetta: PUREE TAL-ĦAXIX (MINN 8 XHUR ‘IL QUDDIEM)

– 250g ħaxix imħallat minn zunnarija, sweet potato, patata, butternut squash u qara ħamra, il-kwantità kif togħġbok

Aħsel il-ħxejjex sew. Qaxxarhom u erġa’ aħsilhom. Għatti l-ħaxix. Uża steamer jew sajjarhom fuq il-fwar billi tpoġġihom ġo passatur fuq l-ilma jgħali u sajjarhom sakemm jirtabu. Ħallihom jiksħu u uża hand blenderbiex tagħmel taħlita lixxa.

lea-programme-dr-acw
Kull nhar ta Hamis, pariri minn Dr Alexandra Camilleri Warne

 

Ara ukoll:

Ricetta ghat trabi: Maxx tas sweet potato

Ikel ippurizat ghat trabi

Nutriment ghat trabi fl’ ewwel xahar

Nutriment-ghat-trabi-it-tieni-xahar

Trade Enquiries: 

Plasmon, Annabel Karmel Organic Meals, Googly Fruit :Vivian Corp, Tel: (+356) 22588600  info@viviancorp.com  www.viviancorp.com

Fresh Organic Fruit and Vegetables: Barbuto http://www.barbutonatural.com. Barbuto vegetables are also available at Big Fresh in Mosta

Baby Bullet: Forestals http://www.forestals.com  (356) 23436248

Other healthy ingredients:  J Calleja Import Export Ltd (356)21 522 438 and P J Sutters (356) 23988 000

Kitchenware: Tescoma   www.tescomamalta.com (356)2122 4589

 

Advertisements