Għadam ta’ Novembru

ghadam-2

Din ir-ricetta ibbazata fuq dik ta Renato Briffa:

Għal 8 – 10 għadam għandek bożnn:

Għal għaġina:
625g dqiq,
200g butir,
żewġ kuċċarini baking powder,
qoxra ta’ lummija maħkuka,
ftit qtar tal-vanilla,
150g ilma,
250g Zokkor.

Agħmel l-għaġina billi tħallat id-dqiq u l-butir bir-“rubbing in method”, żid il-qoxra tal-lummija, il-vanilla z-zokkor u fl-aħħar l-ilma. Għaqqad l-għaġina u ħallieha tistrieħ fil-fridge għal nofs siegħa.

Għal milli għandek bżonn:
200g intrita pura
200g zokkor
Qoxra ta’ lumija maħkuka
ftit qtar tal-vanilla
1 – 2 abjad tal-bajd, skont kemm ikunu kbar
Ħallat kollox flimkien, il-konsistenza trid tiġi bħall-għaġina.

Metodu:
Iftaħ l-għaġina bil-lembuba u ħalliha ħoxna u kemm jista’ jkun kwadra.
Idlek il-wiċċ tal-għaġina b’bajda imħabta (egg wash), bil-pinzel
Qaqbad ftit milli u poġġieh fuq l-għaġina rrumblah qiesu zalzetta twila. poġġi fuq il-wiċċ tal-għaġina. Agħlaq il-ġnub tal-għaġina u qattagħha porzjonijiet ta’ 100’g kul biċċa. Agħmel forma ta’ sebgħa ħalli tiġi qiesa għadam.
Poġġi fuq il-karta tal-forn u aħmi f’temperatura ta’ 220 grad celsuis u aħmihom għal 15 – 20 minuta
Agħmel l-icing billi tpoġġi 800g naspru u żewġ grokkijiet ilma u sajjarhom fuq in-nar. Għaddas l-għadam fin-naspru maħlul biex tiksiehom u żejjinhom bil-biċċiet tal-lewż

Trade Enquiries:

Baking goods: St George’s Brand
Butir: President minn Rimus Group
Hwawar: Schwarz minn Good Earth Distributors

Zokkor:  Silver Spoon minn Borg & Aquilina

Ikla ta malajr: għaġin, tigieg u brokkoli, all-in-one

250g brokkoli
250g għaġin
mgharfa zejt taz zebbuga
mgharfa butir
250g sider tat-tiġieġa msajjar u mqatta
sinna tewm
150g mascarpone
kikkra ilma mhalta b dada ta stokk naturali
100g cheddar mahkuk
50g mozzarella mahkuka
melh u bzar

Sajjar il brokkoli f’ilma jagħli għal 5 minuti, saffi sew.
Qatta l brokkoli fjoretti.
Sajjar l  għaġin al dente, skont l instruzjoni fuq il pakket.  Saffi.
Go tagen sbir sahhan il butir u zid is -sider ta tiġieġ  Zid il melh u bzar.  Zid il ilma u d dada ta stokk u sajjar.  Zid it tewm u l brokkli msajjar  u l ghagin.
Zid il mascarpone u hawwad u l gobnijiet mahkukin.   Naqqas is-sħana u jekk hemm bzonn zid aktar ilma.  Hawwad bil mod u servi.

Kejk ta San Martin

kejk-san-martin

Kejk ta’ San Martin

250g tamal imqatta’

200ml ilma fietel

125g dqiq ‘self-raising’

200g ġellewż

tin niexef

żewġ bajdiet mħabbtin

1⁄4 kuċċarina msiemer tal-qronfol

1⁄4 kuċċarina kannella

niskata mixed spice

qoxra maħkuka u meraq ta’ larinġa ta’ Malta jew mandolina

qoxra ta’ nofs lumija maħkuka,

mgħarfa lewż imfarrak

landa tal-forn (dijametru ta’ 23ċm),
Sahhan il forn ghal temperatura 180C.

Xarrab it-tamal fl-ilma fietel għal siegħa. Iprepara l-landa bis-sprej tal-hami u tista tiksi l qiegh bil kartaforn.

Mat-tamal u l-ilma żid id-dqiq, il-ġellewż, it-tin, il-bajd mħabbat, l-imsiemer tal-qronfol, il-kannella, il-qoxra maħkuka u l-meraq tal-larinġa. Ħawwad ftit sakemm l-ingredjenti jitħalltu flimkien.

Itfa’ din it-taħlita fil-landa tal-forn u fil-wiċċ ferrex il-lewż imfarrak.

Aħmi t-kejk fl-ixkaffa tan-nofs tal-forn għal madwar 35 minuta.

For the recipe in English click here

 

Trade Enquiries:

Self Raising Flour : Allinson minn Borg and Aquilina

Tin u frott niexef:  Lamb Brand

Fresh Fruit: Big Fresh, Oscar’s Fruit and Vegetables, Barbuto [organic]

Pizza ta malajr stil franciz bla hmira: Ricetta tal gurnata

pissaladiere-blog500g dqiq self-raising
nofs kuċċarina bikarbonat
kwart ta’ kuċċarina melħ
250ml buttermilk
Għall-wiċċ:
żebbuġ iswed sħiħ
landa żgħira inċova
500g basal moqli
nofs kuċċarina ħwawar imħalltin u mnixxfin
Metodu:
Għarbel id-dqiq fi skutella kbira. Żid il-melħ u l-bikarbonat. Ferra’ l-yoghurt u żid sakemm l-għaġina tagħqad. Ħawwad b’idejk jew b’mgħarfa. Kompli żid il-yoghurt sakemm ikollok għaġina ratba. Tagħġinhiex. Poġġiha mill-ewwel fuq tilar tal-ħami midluk biż-żejt taż-żebbuġa.
Poġġi l-basal fuq l-għaġina u ferrex il-ħwawar nexfin. Ifrex iż-żebbuġ iswed u agħmel kannizzata bl-inċova. Ferra’ ftit qtar taż-żejt taż-żebbuġa aħmi għal madwar 30 minuta f’temperatura ta’ 200C sakemm il-pizza tieħu kulur sabiħ u dehbi.
(Dawk li jixtiequ jevitaw il-melħ jistgħu jużaw strixxi rqaq tat-tadam minflok l-inċova.)

Xin hu Buttermilk?

Trade Enquiries:

Buttermilk u Incova minn Redelmar ghand Quality Foods

 

Soppa tal-qargħa ħamra u ħalib tal-coconut: Ricetta tal Gurnata

800g qargħa ħamra mqaxra

żewġ weraq tal-karfus

kuċċarina kosbor niexfa

erba’ patatiet ta’ daqs normali

litru stokk tal-ħaxix

ftit żejt

żewġ kurat mdaqqas

nofs bott ħalib tal-coconut,

basla mdaqsa

Metodu

Sajjar il-basla, karfus, patata, kurat fi ftit żejt fuq nar moderat.

Żied il-qargħa ħamra mqatta’ biċċiet żgħar. Żied il-kosbor. Żied l-istokk tal-ħaxix u sajjar għal madwar nofs siegħa. Għaddi kollox mill-liquidiser. Żied il-ħalib tal-coconut. U saħħan kollox flimkien.

 

Oxo stock pots garden vegetables George Borg Ltd.jpg

Nuza Oxo !

NUTRIMENT GĦAT-TRABI, it-TIENI XAHAR

Waqt it-tieni programm televiziv kellna intervista ma’ Dr Alexandra Camilleri Warne fejn tkellimna dwar in-nutriment għat-trabi tat-twelid u fl-ewwel xahar ta’ ħajjithom.

Illum naqsmu intervista ma’ Dr Camilleri Warne dwar in-nutriment meħ-
tieġ waqt it-tieni xahar tat-tarbija.

alexandra-camilleri-warne-2

Dr Alexandra Camilleri Warne

Dr Camillieri Warne tgħid li:

Sa issa għandna nistennew aktar ta’ rutina fl-għalf. Wieħed għad irid jiżen it-tarbija regolarment biex tiżgura tkabbir adegwat.

Waqt it-tieni xahar, it-tarbijia għandha tiżdied fil-piż għal dak li għal linqas tkun twiedet bih. It-tarbija għandha tibda titbissem minn 5 ġimgħat ‘il quddiem.

Il-kolika hija ta’ inkwiet għal ħafna ġenituri. Definizzjoni xierqa ta’ kolika huwa meta t-tarbija tibki għal 3 sigħat kuljum għal aktar minn 3 darbiet fil-ġimgħa għal 3 ġimgħat.Il-
kolika tibda ġeneralment minn 3 ġimgħat sa 6 ġimgħat u tista’ iddum sa 3-4 xhur.

Huwa komuni li t-tarbija ġeneralment tbati mill-kolika aktar tard wara nofsinhar u bil-lejl. L-ebda studju ma juri għaliex eżatt it-tarbija tbati mill-kolika imma hemm ħafna spekulazzjonijiet.

Jekk l-omm tkun qiegħda tredda jista’ jkun hemm xi ħaġa fid-dieta tagħha li tista’ ma taqbilx mat-tarbija: dan huwa diffiċli li jiġi stabbilit eżatt xinhu u l-omm tista’ tipprova telimina ċertu ikel mid-dieta tagħha.

Hemm xi qtar anti-kolika li jistgħu jgħinu jtaffu l-kolika. Dawn jistgħu jitqiegħdu fil-ħalq tat-tarbija jew jiġu mħalltin mal-għalf tal-ħalib fil-flixkun.

Hemm formoli partikolari tat-trabi li jistgħu jgħinu biex inaqsu l-kolika iżda taqlibx il-ħalib qabel ma tkellem lit-tabib tiegħek.

Pariri li jistgħu jgħinu:

Żomm it-tarbjia sħuna u komda u bandal lit-tarbija.

Xi ħadd jista’ jeħodha dawra bil-karozza sakemm joqgħodu, l-introduzzjoni ta’ gażaża xi kultant tgħin.

Meta timla l-flixkun bil-ħalib imla l-gażaża ħalli t-tarbija ma tiġbidx l-arja u dejjem ukoll fewwaq it-tarbija wara l-għalf.

Importanti huwa li telimina għaliex qegħda tibki t-tarbija għal xi kwalunkwe raġuni oħra bħal rifluss, deni, stitikezza, allerġija għall-proteina fil-ħalib tal-
baqra.

Titlifx vaċċini: Tista’ tibda kmieni minn 6 ġimgħat kemm fil-privat u kemm fis-
setturi tal-Gvern.