sweet-potato-pound-cake
Sweet Potato Pound Cake, ritratt CJ Baldacchino waqt xandira diretta.  Niddekoraw u naqsmu l kejk waqt il programm ta ghada ghax kien ghadu shun.

Ghandek bzonn:

250g dqiq self raising

kuccarina baking powder

250g butir

250g zokkor (jew uza stevia)

4 bajdied

1 sweet potato bil qoxra mahsula, mahkuka

niskata melh

mgharfa hall ta tuffieh organiku

1/2 kuccarina mixed spice

vanilla

Sahhan il forn 180C.

Hokk is sweet potato bil qoxra b kollox minn naha irqieqa.

Ipprepara dixx tal kejk billi ddelku bil butir jew sprej tal hami.

Gharbel darbtejn id dqiq self raising u il baking powder go li skutella tal mixer tal eletriku.

Zid il butir (ghartab mhux iebes mqatta bicciet), iz zokkor jew stevia, il melh, il bajd, il hall ta tuffieh organiku,  il mixed spice u l vanilla.  Hawwad flimkien fil magna tal eletriku ghal minuta biss fuq FULL SPEED.  Zid il sweet potato mahkuka.  Hawwad gentilment u mhux hafna.

Poggi t tahlita go dixx tal kejk.  Ahmi fil forn ghal 35 minuta.

Hallih jiksah qabel ma tidekorah.

  • Dan il kejk tista taghmlu bi zunnarija mahkuka, qaghra bali mahkuk jew qargha hamra.

Trade Enquiries:

Hwawar minn Schwartz, hall ta tuffieh organiku minn Fiorentini, P J Sutters

Haxix minn Big Fresh Mosta

Dqiq minn St Georges Brand

Baking Powder minn Foster Clark (Ix Xirja)

 

 

 

 

Advertisements