Ricetta televiziva: Soppa tal haxix, fazola u kale

ribolita-stefan-stafrace

basla mqattgħa

2 mgħaref żejt taż-żebbuġa u aktar biex tferra’ fuq is-soppa qabel ma sservi

2 zunnarijiet ta’ daqs medju

biċċa karfusa

mgħarfa kunserva

200ml nbid

200g tadam frisk imqatta’ jew polpa tal-bott

mgħarfa riegnu

2 mgħaref tursin frisk imqatta’

niskata ħwawar nexfin imħalltin

2 werqiet rand

litru stokk tal-ħaxix

70g pancetta jew bejken

250g fażola bajda msajra jew tal-bott

6 werqiet kale

melħ u bżar

Metodu:

Saħħan ftit żejt taż-żebbuġa ġo borma. Żid il-pancetta jew bejken, il-basla u z-zunnarija, u sajjar fuq nar baxx.

Sadattant, neħħi z-zokk tal-kale. Għalli ftit ilma. Qatta’ l-weraq biċċiet u ismothom fil-misħun għal erba’ minuti. Imbagħad poġġihom fl-ilma kiesaħ halli jibqgħu kulur sabiħ.

Kif issir it-taħlita tal-pancetta, żid l-ewwel l-inbid u meta jibda jagħli żid l-istokk u l- kunserva. Żid it-tadam, ir-rand, il-karfus, ir-riegnu, it-tursin u l-ħwawar. Ġib il-borma tagħli u baxxi n-nar. Sajjar għal kwarta u mbagħad żid il-fażola. Sajjar għal 10 minuti oħra.

Żid il-weraq tal-kale. Sajjar għal ħames minuti oħra biss u neħħi minn fuq in nar.

Tradizzjonalment din is-soppa tiġi servuta bil-ħobż imqatta’ dadi. Ferra’ ftit żejt taż- żebbuġa fuq kull platt soppa qabel ma sservi u tista wkoll iżżid ftit parmiġġan.

Trade Enquiries:  Zejt ta Zebbuga: Olio Costa D’Oro minn J Calleja

Haxix: Big Fresh Mosta

Fazola niexfa: St Georges Brand

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s