spagetti-bi-tonn-taz-zejtbasla Ghandek Bzonn:

mqattgħa

4 sinniet tewm, maħkukin

mgħarfa żejt taż-żebbuġa

6 tadamiet kbar misjurin jew 500g tadam tal-bott

2 mgħaref kunserva

tazza nbid abjad

3 mgħaref kappar

12-il żebbuġa sewda, imqattgħin

mgħarfa nagħniegħ frisk

kuċċarina riegnu mnixxef

tursin biex iżżejjen

nofs kuċċarina qoxra ta’ lumija maħkuka

250g tonn taż-żejt

melħ u bżar jekk tixtieq

500g għaġin linguine (sajjar skont l-istruzzjonijiet fuq il-pakkett),

Metodu:

Ġo borma sajjar il-basla u t-tewm fiż-żejt taż-żebbuġa sakemm il-basla ssir, xi 10 minuti fuq sħana baxxa. Żid it-tadam u l-inbid u ġibu jagħli. Jekk ikun meħtieġ żid ftit ilma sabiex iżżommu konsistenza tajba. Baxxi s-sħana, żid il-kunserva u ħalli l-borma ttektek għal 10 minuti. Żid il-nagħniegħ u r-riegnu u sajjar għal 10 minuti oħra, dejjem fuq sħana baxxa. Żid il-melħ u bżar jekk meħtieġ u finalment żid il-żebbuġ, it-tonn taż-żejt, il-qoxra tal-lumija u l-kappar.

 

Trade Enquiries:  Tonn taz zejt minn 3 Leaves:  J Calleja Import Export Limited Telephone 356-2152 3865

Advertisements