Crumble tal haxix bi dqiq tal qastan

mushroom butternut squash and kale crumble.jpg

Ghal 2 persuni ghandek bzonn:

nofs butternut squash, mqatta slajcis irqaq bil qoxra

8 faqqieh mdaqsin

sinna ta tewma

100g butir (u butir biex tidlek d dixx tal forn u s slajcis tal butternut squash)

6 mgharef halib jew halib tal lewz

200g dqiq tal qastan

100g cheddar matur

4 weraq tal kale bla zokk

2 mgharef zejt taz zebbuga

ftit nocemuskata

melh u bzar

Ghamel is slajcis tal butternut squash bil qoxra b kollox fuq dixx tal forn mdellek bil butir.  Uza pinzell biex tidlek il wicc tas slajcis tal butternut squash bil butir mdewweb.  Ferrex ftit nocemuskata mahkuka, melh u bzar.  Poggi go for shun 200C ghal 15 minuta.

Ghamel il crumble bill tpoggi d dqiq tal qastan go skutella.  Zid il butir mqatta bicciet zghar.  Haddem il butir go dqiq tal qastan billi tuza il ponta ta subajk u ibqa sejra sakemm id dqiq jigi qisu frakk tal hobz.  Hallat il gobon cheddar mahkuk, melh u bzar u ftit noce muskata.

Sahhan ponta ta kuccarina butir go tagen u zid mgharfa zejt taz zebbuga.  Uza nar baxx u zid it tewm.  Zid il faqqieh mqatta u sajjar ghal xi hames minuti. Nehhi minn fuq in nar.

Nehhi iz zokk mill weraq tal kale u qattahom bicciet zghar.

Mal faqqieh zid il hwawar friski.  Fil programm uzajt tahlita ta habaq, nanniegh u tursin.

Poggi s slajcis tal butternut squash fuq il qiegh ta dixx.  Poggi fuq il butternut squash it tahlita tal faqqieh.  Ferrax 6 mgharef halib fuq it tahlita.

Ferrex it tahlita tal crumble u fil wicc poggi l kale mqatta.  Ferrex il mgharfa taz zejt taz zebbuga fuq il wicc tal crumble biex il kale tigi crispy.

Ahmi go forn shun 190C ghal nofs siegha.  Halliha toghqod ghal 10 minuti qabel ma servi.

Fil programm uzajt 300g dqiq tal qastan u 150g butir imma ma uzajtux kollhu u poggejtu go vazett fil frigg biex nuzah darba ohra

 

Trade Enquiries:

Frott u haxix : Big Fresh, telephone 2141 9026

Nocemuskata u hwawar: Schwartz by PJ Sutters  telephone 2398 8000

Dqiq tal Qastan: Farine Magiche by P J Sutters, telephone 2398 8000

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s